Lokali
Konkluża l-inkjesta indipendenti dwar l-irwol tal-Avukat Charles Mercieca

Konkluża l-inkjesta indipendenti maħtura mill-Ministru għall-Ġustizzja dwar l-irwol tal-Avukat Charles Mercieca. Dan wara li l-avukat irriżenja mill-impjieg tiegħu mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u beda jaħdem mal-avukati li qed jiddefendu lill-Yorgen Fenech, li jinsab akkużat li kien il-moħħ wara il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-Bord immexxi mill-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi ikkonkluda li d-dokumenti b’rabta mal-kumpilazzjoni tax-xhieda ta’ Yorgen Fenech m’humiex dokumenti sigrieti minħabba li l-kopji oriġinali li jinsabu fir-reġistru tal-qorti huma pubbliċi. Żied li jidher li l-Avukat Charles Mercieca qatt ma ġie ikkonsultat dwar dan il-file billi ma kienx involut fil-prosekuzzjoni tas-Sur Fenech.

Il-Bord ikkonkluda ukoll li hemm nuqqasijiet fil-kuntratti tal-avukati impjegati mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali biex tkun imħarsa l-integrità tal-uffiċċju. Irrakkomanda li avukati li jitilqu mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali għandhom ikunu mċaħħda milli jidhru għal individwi jew kumpaniji li jkunu infetħu proċeduri kriminali jew ċivili kontrihom mill-Avukat Ġenerali fiż-żmien li l-avukati kienu impjegati tal-istess uffiċċju.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis ħatar lill-eks Prim Imħallef Joseph Azzopardi biex imexxi l-inkjesta indipendenti dwar l-irwol tal-Avukat Charles Mercieca fit-12 ta’ Mejju li għadda. L-eks Prim Imħallef ried jikkonkludi l-inkjesta u jirrapporta lura lill-Ministru ilu sa mhux aktar tard mis-16 ta’ Ġunju u għamel dan ħamest ijiem qabel skada ż-żmien.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Sport

Ħames għaqdiet sportivi Għawdxin ibbenefikaw mis-somma ta’ €20,750 mill-isports scheme biex iwettqu l-proġetti tagħhom din is-sena. L-għaqdiet li bbenfikaw huma: Għajnsielem Redcoats, li ngħataw is-somma ta’ €5,000 bit-titlu tal-proġett ‘Sizzling…

Lokali

L-Aġenzija Identity Malta dalwaqt se tibda toħroġ karta tal-identità ġdida li se jkollha karatteristiċi ġodda ta’ sigurtà li jħarsu l-identità tal-persuni. Il-karatteristiċi l-ġodda jagħmluha diffiċli li d-dokument jiġi mbagħbas jew…

Infrastruttura

Minn din il-ġimgħa l-ġenituri ta’ tfal bl-awtiżmu jistgħu jieħdu lil uliedhom jilagħbu fil-grawnd tal-binja ‘The Meeting Place’ fil-Marsa. Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, Michelle Muscat, qalet li t-tfal bl-awtiżmu se jkollhom post…

Aktar