Politika
Konrad Mizzi jappella lill-Gvern biex jippubblika l-ftehim ma’ Vitals

L-eks Ministru Konrad Mizzi appella lill-Gvern, lill-Ministeru tal-Ekonomija u lill-Malta Enterprise biex jippubblikaw il-memorandum of understanding li qed jirreferi għalih l-Awditur Ġenerali fir-rapport tiegħu. Huwa sostna li l-kabinett kien involut fl-istadji tal-proċess.

Ikkuntattjat minn TVM, Dr Mizzi qal li l-Ministeru għall-Energija u s-Saħħa mmexxi minnu ma kellu ebda involviment fil-memorandum of understanding. Meta l-proposta ġiet ippreżentata mill-Malta Enterprise lill-Ministeru tiegħu, il-Ministeru kien spjega lill-Malta Enterprise li l-proposta ma kinitx tagħmel sens u ma kinitx taqbel mat-talba tal-Gvern.

Dr Mizzi qal li huwa kien infurmat li l-Malta Enterprise kitbet lill-investituri dwar dan u ma’ TVM qal li fl-interess nazzjonali il-Gvern għandu jippubblika l-memorandum of understanding u kwalunkwe dokumentazzjoni li għandha x’taqsam miegħu biex b’hekk jitneħħa kwalunkwe dubju.

L-eks Ministru Mizzi qal li hija sfortuna li l-Awditur Ġenerali ma kellux aċċess għal din id-dokumentazzjoni u għaldaqstant ir-rapport tiegħu qed iqajjem numru ta’ mistoqsijiet. Huwa qal li fir-rigward tal-governanza u responsabbilità tal-proġett, ir-rapporti tal-kumitat ta’ evalwazzjoni kif ukoll tal-approvazzjoni għall-kuntratti li ġew iffirmati, il-kabinett kien infurmat fl-istadji kollha.

Dr Mizzi qal li l-kabinett kien involut fl-istadji tal-proċess u approva dan il-kuntratt u kwalunke kuntratt li kien iffirmat.

Ara wkoll:

L-Awditur Ġenerali jimplika kollużjoni fil-ftehim ma’ Vitals fuq l-isptarijiet

Aħbarijiet Oħra

Il-pandemija affettwat lil kulħadd, anke lill-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund li tgħin lil mijiet ta’ nies morda, tfal b’diżabilità, tfal li jkollhom bżonn kura barra l-pajjiż u nies li m’għandhomx…

Quddiem l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia xehed il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici, li ġie mistoqsi dwar il-perjodu ta’ meta kien responsabbli mill-portafoll tal-Ġustizzja. Mistoqsi dwar il-proklama li ngħata…

Dr Bernard Grech, nieda l-kampanja tiegħu għall-elezzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Bit-tema Ningħaqdu, nirnexxu, u niġġeddu, Dr Grech qal li jrid jara Partit Nazzjonalista magħqud u sħiħ, għalkemm imsejjes fuq il-ħiliet…

Il-Partit Laburista qal li r-rapport ta’ diliġenza dwar Adrian Delia u Bernard Grech juri li ż-żewġ kandidati għall-elezzjoni mhumiex idonji għall-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-President…

Aktar