Lokali
Konrad Mizzi jgħid li se jattendi għal-laqgħa tal-PAC

Id-deputat parlamentari Konrad Mizzi ħabbar f’post fuq Facebook li se jkun qiegħed jattendi għal-laqgħa tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi.

Fl-aħħar ġimgħat Dr Mizzi naqas milli jitla’ jixhed quddiem dan il-kumitat li qed jiddiskuti l-investigazzjoni li wettaq l-Awditur Ġenerali dwar il-power station tal-Electrogas.

Id-deputat indipendenti qal li għażel li jattendi għal dan il-kumitat wara li dalgħodu, il-Partit Nazzjonalista ressaq mozzjoni biex huwa jattendi l-laqgħa tal-kumitat.

Huwa qal li fl-aħħar ġimgħat għażel li ma jattendix skont id-drittijiet mogħtija mil-linji gwida ta’ dan il-kumitat.