Lokali
Konsultazzjoni dwar l-abbozz li se jirregola s-settur tal-care workers

Jitnieda l-proċess ta’ konsultazzjoni dwar l-abbozz li se jirregola s-settur tal-care workers.  Dan tħabbar fi stqarrija maħruġa mis-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva.

Fl-istqarrija jingħad li r-regolamentazzjoni għandha tifformalizza standards ta’ prattika u kompetenza maqbula skont il-liġi, tirreġistra lil dawk kollha li huma kompetenti biex jipprattikaw, tirriserva l-użu ta’ titli speċifiċi u li huma statutorji għal dawk biss li huma reġistrati, u tapplika sanzjonijiet biex jitneħħew mir-reġistru dawk li ma jissodisfawx jew jilħqu dawn l-istandards.

Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis qal li din is-sistema effettiva ta’ regolamentazzjoni, barra li tipproteġi lill-anzjani, ma toħloqx xkiel lill-operaturi imma tfassal u turi biċ-ċar x’inhi t-triq ’il quddiem biex wieħed jopera f’dan is-suq.

Is-Sur Jesmond Sharples tkellem fuq kif l-għan ta’ dan l-abbozz huwa biex jipprovdi servizz ta’ kwalità fil-qasam tal-care work billi l-ewwel tiġi regolata l-industrija tal-care work, dan billi jiġi stabbilit il-livell minimu nazzjonali sabiex wieħed ikun jista’ jaħdem bħala care worker. Għal din ir-raġuni l-care worker ser ikun regolat minn kodiċi ta’ etika stabbiliti mill-liġi. Fl-aħħar u mhux l-inqas, il-focus primarju ta’ dan l-att huma l-anzjani sabiex iserrħu rashom li min qed jieħu ħsiebhom huma persuni imħarrġa, kompetenti u affidabbli.

Prof Marvin Formosa qal li d-Dipartiment tal-Ġerantoloġija fl-Università ta’ Malta qiegħed jilqa’ dan l-abbozz b’mod pożittiv fuq il-bażi li jagħti kwalità ta’ servizz aħjar lill-anzjani, kemm dawk li jgħixu fil-komunità kif ukoll dawk f’djar residenzjali.

Il-pubbliku jista’ jgħaddi l-ħsibijiet tiegħu biex flimkien nirregolaw dan is-settur bl-aħjar mod għal ġid tal-anzjani tagħna. Il-paġna ta’ konsultazzjoni hija: https://meae.gov.mt/en/Public_Consultations/MFSS/Pages/Consultations/CareWorkersAct.aspx.

Aħbarijiet Oħra
Kunsilli Lokali

Il-Kunsill Lokali tal-Belt u l-Fondazzjoni Alf Mizzi daħlu fi ftehim biex il-Kunsill ikollu s-servizz ta’ communtiy workers biex tikkordina l-ħidmiet soċjali li jvarjaw minn programmi għall-anzjani sa programm għat-tfal. Mal-1,500…

Lokali

Fi Strada Stretta, li sas-sebgħinijiet kienet magħrufa bħala t-triq li ma torqod qatt minħabba d-divertiment bla rażan, in-nisa li kienu jaħdmu fil-ħwienet tax-xorb kienu jitħallsu b’dik li tissejjaħ landa mill-baħrin…

Kronaka

Tfajla ta’ 18-il sena minn Birkirkara, ilbieraħ bil-lejl ħelsitha ħafif wara li nqalbet bil-karozza li kienet qed issuq. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.15pm, fi Triq ix-Xatt, f’Tal-Pieta. It-tfajla kienet qed issuq Kia…

Aktar