Ippjanar u bini
Konsultazzjoni fuq politika ġdida li se żżid is-sikkatura fuq żvilupp ta’ bini f’ODZ

Il-permessi għall-iżvilupp ‘il barra miż-żoni tal-iżvilupp ser ikun iżjed diffiċli li jinħarġu bil-policy l-ġdida dwar l-iżvilupp rurali li nħarġet għall-konsultazzjoni pubblika.

Il-Ministru għall-Ambjent u l-Ippjanar, Aaron Farrugia, qal li dil-policy ser telimina bosta ċirkostanzi li jkunu qed iservu bħala paraventu biex jinkisbu permessi għall-iżvilupp u ser tnaqqas l-ispazju għal interpretazzjoni, filwaqt li tagħti każ il-ħtiġijiet ta’ bdiewa ġenwini.

Il-bosta kontroversji li qamu fuq bini fl-ODZ wasslu biex titfassal policy ġdida għall-Awtorità tal-Ippjanar li temenda l-policy li saret fl-2014. Il-Ministru  Aaron Farrugia qal li l-policy l-ġdida tfasslet b’konsultazzjoni wiesgħa, fost oħrajn ma’ għaqdiet ambjentali, mal-bdiewa u mal-kamra tal-periti. Dr Farrugia sostna li bil-policy ser jkun imrażżan sew il-bini fl-ODZ.

“L-iżvilupp li jkun hemm ikun b’mod ġenwin għal qasam u l-industrija ambjentali, allura il-bidwi ġenwin. It-tieni li d-definizzjonijiet li jkun hemm ikomplu jsaħħu l-ħidma tagħna u allura ma jkunx hemm lok ta’ interpretazzjoni, allura ċekkinna l-lok ta’ interpretazzjoni, it-tielet imbagħad naqqasna l-użu tal-kmamar fil-pajsaġġ Malti u Għawdxi, u allura rajna li tresholds jiżdiedu biex il-bidwi ġenwin ikollu bżonn il-famuż ‘agricultural store’ biex jassistih fix-xogħol tiegħu.”

Il-Ministru żied jgħid li l-policy ser iżid il-ħarsien ta’ żoni u speċi protetti u l-Awtorità tal-Ippjanar ser tibda titlaq mill-prinċipju li ma taċċettax żvilupp f’dawn iż-żoni.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, il-Perit Martin Saliba, qal li bl-abbozz propost, applikazzjonijiet biex kmamar mitluqa f’għelieqi jinbidlu f’farmhouses mhux ser jintlaqgħu. Huwa spjega li żvilupp f’ODZ jista’ jsir biss skond numru ta’ kundizzjonijiet.

“L-użu jrid ikun wieħed eżistenti, wieħed attwali, allura li wieħed ikun jista’ jiġustifika b’mod faċli, li fis-sens li jekk għandek użu eżistenti u legali inti tista’ tibqa’ tutilizzah u forsi tagħtik permess għall-alterazzjonijiet, restawr jew anki żvilupp mill-ġdid.”

Il-Perit Saliba spjega li f’każ ta’ żvilupp mill-ġdid, il-bini irid ikun tad-daqs tal-binja ta’ qabel. Il-policy li ser tkun miftuħa għall-konsultazzjoni pubblika fis-sitt ġimgħat li ġejjin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, baqa’ f’qagħda stabbli. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Theuma għadu fit-taqsima tal-ENT fl-isptar Mater Dei. It-Tlieta 21 ta’ Lulju 2020, Theuma nstab…

COVID-19

L-organizzaturi tal-attivitajiet li jinqabdu jiksru r-regoli tal-miżuri mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex iwaqqfu l-imxija tal-Covid-19 jistgħu jeħlu multa ta’ €3,000 għal kull miżura li jiksru. Dan tħabbar illum f’avviż legali ppubblikat…

Lokali

Dr Lydia Abela, il-mara tal-Prim Ministru, ippreżentat total ta’ €8,000 f’donazzjonijiet li nġabru waqt l-ewwel edizzjoni ta’ ‘A Night at the Palace’, lill-għaqdiet li jaħdmu favur id-drittijiet tal-annimali. Waqt li…

Agrikultura

L-istaġun tal-ħsad tal-għeneb għall-għasir infetaħ mill-Ministru għall-Agrikoltura Anton Refalo, fil-preżenza tal-produtturi tal-inbid Malti. Il-Ministru qal li l-inbid Malti huwa wieħed ta’ kwalità għax l-industrija aġġornat maż-żminijiet. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Agrikoltura Saviour…

Aktar