Edukazzjoni
Konsultazzjoni għal tibdil fil-kors tal-inġinerija biex studenti tal-MCAST jieħdu l-warrant

Il-Bord tal-Professjonisti tal-Inġinerija u l-Kamra tal-Inġiniera għaddejjin bil-proċess biex il-kors tal-inġinerija tal-MCAST ikun żgurta li jkun tal-livell mitlub, bil-għan li l-istudenti tal-inġinerija tal-Università u tal-MCAST ikollhom l-istess opportunità li jieħdu l-warrant u jipprattikaw din il-professjoni.

Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Edukakazzjoni u l-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, intqal li nġibu esperti Ġermaniżi biex jevalwaw il-kors u jirrakkomandaw tibdiliet. L-istqarrija tgħid li b’konsultazzjoni mal-esperti, li huma kkunsidrati n-numru wieħed fl-Ewropa u fost l-aqwa ħamsa fid-dinja għal din it-tip ta’ evalwazzjoni, qed jaraw li jkun hemm tibdil fil-livell akkademiku magħmul mill-MCAST.

Il-Gvern qal li m’għandu l-ebda ħsieb li jbaxxi l-istandards ta’ din il-professjoni, imma l-pja hu biex il-livell ikompli jgħola u l-warrant jingħata lil dawk li verament ikunu stinkaw biex jiksbuh, bl-impenn sħiħ tal-Bord tal-Professjoni tal-Inġiniera. Żied li minkejja li ġie ppreżentat mandat ta’ inibizzjoni dwar is-suġġett, huwa kommess li jwassal dan il-proċess sal-aħħar tiegħu.