Saħħa
“Kont nisma’ qisha banda f’widnejja” – raġel li ilu 40 sena bit-Tinnitus

Timmaġinak tisma’ kontinwament tisfir jew ħsejjes tal-banda f’widnejk?

Din l-esperjenza jafha sew Ivan Carabott li ilu minn tfulitu jbati b’nuqqas ta’ smigħ. Madankollu, kien jisma’ ħsejjes ġejjin mill-moħħ f’kundizzjoni li medikament hi magħrufa bħala Tinnitus.

Il-kundizzjoni mhijiex rari u jidher li tolqot bosta nies, l-aktar dawk li jkunu esposti għall-istorbju.

Ta’ 7 snin, bħal sajjetta fil-bnazzi Ivan Sammut tilef is-smigħ minn widna waħda.

”Qomt filgħodu u litteralment ma kontx qed nisma’ minn din il-widna u bqajt għaddej b’ħajti għax ma stajt nagħmel xejn minħabba li kien total hearing loss.”

6 snin wara, tilef is-smigħ mill-oħra.

Ġrali l-istess f’din il-widna wkoll jiġifieri f’daqqa waħda ma nisma’ xejn.

Stramba kemm hi stramba . . . Ivan beda jisma’ bħal qisu tisfir f’widnejh.

”Ħsibt li kienet xi ħaġa madwari. Imbagħad indunajt li kienet ġejja mill-parti ta’ ġewwa ta’ rasi jiġifieri ġo rasi l-ħoss li kien.”

It-tobba qalulu li għandu t-Tinnitus . . . sintomu li fil-każ tiegħu kien ikkawżat min-nuqqas ta’ smigħ.

”Kont nisma’ qisha banda għaddejja f’rasi u kont litteralment f’punt f’ħajti fejn ridt insabbat rasi ma’ ħajt. Tħossok qed tiġġennen.”

Il-ħsejjes f’widnejh ivarjaw skont il-burdata.

”Meta nkun irrabjat, għajjien. Jiddependi fuq ħafna fatturi imma ħoss konsistenti. Ma tgħaddix sekonda li ma tisimgħux.”

Biex itaffi l-effetti tat-Tinnitus, Ivan għamel operazzjoni u waħħlulu apparat ma’ widnejh . . . iżda xorta jkun hemm drabi fejn il-ħsejjes ma jkunx jista’ jissaportihom.

”Ili 40 sena b’dan it-tifsir f’widnejja u fil-bidu kont ngħid kif se nidraha? Imma trid taċċetta l-fatt li hi parti mill-kundizzjoni li għandek fil-każ tiegħi ta’ nuqqas ta’ smigħ.”

F’kummenti lil TVM, l-Ispeċjalista tas-Smigħ, Andrew Sciberras spjega li t-Tinnitus ma tolqotx biss nies li tilfu s-smigħ.

”Tinnitus mhijiex problema fil-widna imma fil-moħħ u essaċċ mhijiex problema. It’s a symptom of something jiġifieri n-nuqqas ta’ smigħ, tension, depression, stress. Dawk kollha jikkawżaw it-Tinnitus” qal Dr Sciberras.

Dr Sciberras qal li t-Tinnitus tolqot faxex differenti ta’ nies.

”Dan l-aħħar qed nara aktar żgħażagħ li għandhom problema ta’ Tinnitus. Jekk sejjer festival. Fis-sajf ikun hemm ħafna kunċerti. Uża ear protection. M’hemm xejn ħażin.”

”Nies li jaħdmu f’fabbriki fejn hemm ċertu storbju jiġifieri kull tip ta’ storbju hu ħażin u ċ-ċans hi li se jżidlek il-problema tan-nuqqas ta’ smigħ li jiġi problema ta’ Tinnitus.”

It-Tinnitus ma titfejjaqx.

”Ħafna drabi l-hearing aids jgħinu jiġifieri jekk għandek nuqqas ta’ smigħ u tagħmel hearing aid, iċ-ċans hu li se tnaqqas it-Tinnitus. Ma tneħħihiex, tnaqqasha.”

Dr Sciberras appella lil min għandu xi diffikultà fis-smigħ biex jagħmel test tas-smigħ darba fis-sena.

Aħbarijiet Oħra
Turiżmu

Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena ġew Malta ftit aktar minn 78,000 turist abbord il-vapuri tal-passiġġieri. Skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika kien hemm żieda ta’ aktar minn 810,000 passiġġier meta…

Xogħol

Ċifri tal-Eurostat juru li Malta hija fost 13-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea li sal-2018 kienet diġà qabżet il-miri tal-impjiegi li kellhom jintlaħqu sal-2020. Il-Eurostat qal li s-sena l-oħra, Malta b’żieda ta’…

Partit Laburista

Il-Partit Laburista permezz tad-deputati Edward Zammit Lewis, Alex Muscat u l-kandidata għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Fleur Vella, qal li l-Oppożizzjoni mhix kredibbli meta titkellem dwar il-finanzi tal-pajjiż. Dr Zammit Lewis qal…

Mużika

Freddie Portelli se jkun qiegħed iniedi kanzunetta ġdida bl-isem ta’ ‘Il-Kbir Għadu Ġej’, li se twitti t-triq għal musical li se jġib l-istess isem tal-kanzunetta. Il-mużika kitibha Dominic Galea filwaqt…

Aktar