Ikel
Kont taf kif isir il-ġulepp tal-ħarrub?

Ħafna jiħduh bħala duwa meta jkollhom uġigħ fi griżmejhom jew għal taqlib fl-istonku, oħrajn iżiduh mal-kafè jew mat-te. Qed nirreferu għall-ġulepp tal-ħarrub li jissajjar bħal daż-żmien, hekk kif tibda toqrob ix-xitwa.

Il-ħarrub. Tradizzjonalment jibda jinqata’ lejn Santa Liena f’nofs Awwissu bil-proċess jieqaf hekk kif tidħol ix-xitwa meta jibda jaqa’ waħdu għax jixxarrab bix-xita.

Il-ħarrub jintuża’ bħal għalf għall-bhejjem imma huwa mfittex ukoll għall-ġulepp li jissajjar bħal daż-żmien , hekk kif tidħol il-ħarifa.

Ray Sciberras, li jagħmel il-ġulepp tal-ħarrub, spjega li l-proċess ġie żviluppat mill-Maltin ta’ dari. “Ir-riċetta ta’ kulħadd hija li l-ħarrubu jitkisser biċċiet żgħar, jitħalla jixxarrab lejl, imbagħad jitgħalla biex jinfużja l-ħarrub u joħroġ dak l-ilma iswed minnu u z-zokkor naturali tiegħu. Wara l-ħarrub jitneħħa u jisaffa minn ġot-taħlita. Dak l-ilma iswed jiġi miżjud iz-zokkor miegħu kif ukoll meraq tal-lumi, imsiemer tal-qronfol u titħallat taħlita u tissajjar b’tali mod li tiġi ħoxna kemm ikun hemm bżonn.”

Il-ġulepp imbagħad jitferra ġo vazzetti sterilizzati u bħall-għasel uħud jużawh bħal duwa naturali. “Il-ħarrub għandu ħafna zokkor naturali li huwa tajjeb kemm għall-griżmejn kif ukoll għall-uġigħ ta’ żaqq. Hawn min iżid il-ġulepp tal-ħarrub pereżempju ma’ xi kikkra kafe’ jew ma’ xi grokk Brandy jew whisky meta jkun il-ksieħ, kif ukoll jagħtuh lit-tfal meta jkunu ma jifilħux jew ikollhom xi taqlib fl-istonku.”

Żied li l-ħarrub jista’ jittiekel nej jew inkaljat. “Għandek ħafna minerali u vitamini ġo fih, kif ukoll zokkor naturali, allura ħa jagħtik ċertu ammont ta’ enerġija.”

Għalkemm il-ġulepp tal-ħarrub u l-għasel tal-ħarifa, li huwa magħruf bħala l-għasel tal-ewkaliptu u l-ħarrub huma skuri u simili fid-dehra, mhumiex l-istess. Is-Sur Sciberras qal li l-ġulepp huwa magħmul mill-bniedem, waqt li l-għasel hu l-prodott tan-naħla.

Is-Sur Sciberras innota li sfortunatament ħafna siġar tal-ħarrub qed jinqerdu. “Sfortunatament ċertu siġar jinqatgħu minħabba l-progress u jinħarqu kemm b’aċċidenti u kif ukoll għal t’apposta, jiġifieri siġra tal-ħarrub tista’ tgħix sa elf u elf u ħames mitt sena, jiġifieri tinqered f’radda ta’ salib speċjalment fis-sajf meta jkollha nuqqas ta’ ilma. Iridu nibżgħu għalihom għax biex jerġgħu jitrawmu das-siġa.”

Il-ħarruba dahlet fil-qwiel Maltin u ghax sigra kapaci tghix mijiet ta’ snin, fl-gherf ta’ missierjietna jghidulek għandha żmien daqs ħarruba.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Il-Parruċċani ta’ Ħal Luqa minn tmiem din il-ġimgħa qed igawdu dehra ġdida fil-knisja parrokkjali tagħhom. Dan għaliex wara proġett li kien ilu għaddej disa’ snin, ġie inawgurati xogħlijiet ta’ pittura,…

Lokali

B’esperjenza vasta fil-qasam tal-ġurnaliżmu, l-Avukat Joe Micallef Stafrace, illum irtirat, iżda xorta isegwi dak li għaddej u jistqarr li ċerti principji sagrosanti tal-ġurnalizmu professjonali qed jigu imxelfa minn uħud. L-Avukat…

Lokali

Victor Scerri, terraq it-toroq tal-Belt fejn kompla jfittex u jiltaqa’ ma’ karattri – minn imħallfin sa karattri komuni tat-triq, li għamlu isem għalihom u għall-kapitali. Ghalkemm mhux belti mit-twelid, sar…

Lokali

Xogħol li jitlob li min jagħmlu jbakkar minn kmieni filgħodu, iżda li fih ukoll is-sodisfazzjon tiegħu. Melanie Saliba ilha tarma l-monti ‘l fuq minn għoxrin sena. Ma’ TVM, Melanie wriet…

Aktar