Kurżitajiet
Kont taf li bil-kesħa titlef il-piż?

Kemm nitħabtu bl-eżerċizzju biex nitilfu l-piż? Issa, bis-saħħa tat-teknoloġija u x-xjenza, nistgħu nserrħu fuq ormoni li jdewwbu x-xaħam.

Ir-riċerkaturi ta’ Joslin Diabetes Center, fl-Amerka għamlu din l-iskoperta huma u jistudjaw l-ormoni li jikkontrollaw ix-xaħam.

Il-kimika, imsejħa wkoll lipokina jew 12-13-diHome li dejjem tkompli tiżdied waqt l-eżerċizzju jew meta wieħed ikun espost għall-kesħa.

L-istudju, li sar kemm fuq il-ġrieden kif ukoll fuq il-bniedem, sab li, partiċella li tiġi rilaxxata mix-xaħam waqt li l-ġisem jinsab espost għall-kesħa wasslet għal effetti tajbin u pożittivi fil-metaboliżmu.

Il-kimika li tiġi rilaxxata tirregola l-metaboliżmu – minjaf forsi xi darba għad ma nibqgħux nitħabtu bl-eżerċizzju aktar iżda jkollna l-għażla li nisfruttaw minn din il-kimika li l-ġisem jaf jipproduċi b’mod naturali meta jkun espost kemm għall-kesħa kif ukoll għall-eżerċizzju.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Kurżitajiet

Hekk kif ir-Renju Unit qed jiċċelebra l-għaqda fiż-żwieġ tal-Prinċep Harry u Meghan Markle, tajjeb niftakru li mhux kull żwieġ irjali ntlaqa’ b’ferħ u entużjażmu. La mill-pubbliku u xi kultant wisq…

Barranin, Kurżitajiet

Meghan Markle mhijiex l-ewwel Amerikana u divorzjata, li se tidħol fil-Familja Rjali Ingliża. Qabilha kien hemm Wallis Simpson f’ċirkostanzi kompletament differenti minn tal-lum.  L-aħħar darba li dan seħħ, ir-Re abdika mit-tron…

Barranin, Kurżitajiet

Ħafna jqisuh bħala l-aktar Prinċep fuq ruħu, forsi wkoll ribelluż, il-Prinċep li dejjem kien isib ruħu fl-inkwiet…  Il-Prinċep Henry Charles Albert David magħruf bħala l-Prinċep Harry huwa s-sitt suċċessur għat-tron…

Barranin, Kurżitajiet

Londra. Belt multi-kulturali għall-aħħar. Il-kunċett innifsu ta’ Brittanniku illum il-ġurnata twessa’ biżżejjed biex ifisser tiżwiqa ta’ razez, etniċitajiet u kuluri. Iżda l-Familja Rjali sal-lum kienet għadha ma ddakkret qatt, uffiċjalment,…

Aktar