Ambjent
Kont taf li borża tal-plastik iddum 1,000 sena biex tisparixxi?

Il-jum dinji ta’ għarfien dwar l-oċeani tfakkar f’Malta b’attività għal tfal minn għadd ta’ skejjel primarji li ħolqu produzzjonijiet awdjoviżivi.

Intant fl-ewwel ġimgħa tax-xahar id-dieħel, Malta ser tingħaqad f’kampanja mal-pajjiżi Mediteranji għat-tindif tax-xtut mill-plastik b’inizjattiva li għandha l-appoġġ tal-Unjoni Ewropea u l-Organizazzjonijiet li jiċċertifikaw il-bajjiet tal-bandiera blu.

Matthias Cutajar, Keira Zammit, Kaiya Bezzina u Calvin Lee Vidal rebħu kompetizzjoni li saret fi spirtu ta’ ħbiberija bejn l-istudenti tal-Kulleġġ Santa Tereża li l-iskop tagħha kien li l-istudenti jkattru għarfien dwar il-ħarsien tal-ambjent marittimu u l-oċejani. Huma pproduċew materjal biex juru l-ħsara ambjentali li qed issir fl-ibħra, fosthom bil-plastik.

L-għalliema tagħhom, Beverly Ann Attard, spjegat li l-kompetizzjoni saret biex trawwem għarfien prattiku biex l-istudenti ikunu eżemplari fl-aġir tagħhom u anki jwasslu l-messaġġ lill-qraba tagħhom.

“Biex it-tfal ikunu aktar konxji u ma jarmux plastik li mbagħad jispiċċa fil-baħar u mbagħad kif qalu t-tfal jispiċċaw imutu anki l-ħlejjaq tal-baħar u nħammġu l-ambjent ta’ madwarna u anki nagħmlu ħsara lilna nfusna…”

L-Ambaxxatur għall- Oċeani, il-Professur Alan Deidun qal li l-kampanja ta’ għarfien dwar l-ibħra qed issir għar-raba’ sena konsekuttiva.

“X’jiġifieri ocean literacy? Li tagħmel bniedem iktar litterat li għandu iżjed għarfien dwar l-importanza tal-baħar f’ħajjitna.”

L-attività saret fl-Akwarju tal-Qawra fil-preżenza tal-President ta’ Malta, George Vella.

F’inizjattiva oħra, ħdax il-għaqda mhux governattivi li jiċċertifikaw il-bajjiet blu qed jorganizzaw il-ġimgħa ta’ attivitajiet ta’ tindif fil-bajjiet li jinsabu fi ħdax-il pajjiż fosthom Malta.

Bl-għajta u l-messaġġ Caring for the Sea that Unites Us, il-parteċipanti minn Malta huma Nature Trust flimkien ma’ għaqdiet minn Ċipru, Franza, il-Greċja, is-Slovenja, l-Italja, il-Montenegro, Iżrael, il-Portugall, Spanja u t-Turkija. Huma qed iħeġġu liċ-ċittadini tal-pajjiżi Mediterranji biex fl-ewwel ġimgħa ta’ Lulju jingħaqdu fil-kampanja ta’ tindif tax-xtut għal ambjent marittimu aktar nadif.

 

Aħbarijiet Oħra
Budget

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming. Fuq…

Ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Aktar