Ambjent
Kont taf li d-Dubbiena t’Għawdex speċi endemika?

Il-bijodiversità hi parti mill-identità u l-kultura Maltija tant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għadha kif inkludiet numru ta’ speċi ġodda fosthom orkidea speċjali magħrufa bħala ‘id-dubbiena t’Għawdex’ fil-lista ta’ speċi protetti.

Il-Kap Eżekuttiv tal-ERA, Dr Louise Spiteri qalet li bir-regolamenti ġodda ssaħħet il-funzjoni regolatorja tal-Awtorità li issa għandha aktar saħħa tiddentifika żona ekoloġika jew naturali bħala protetta.

Il-pjanti, il-bijodiversità u l-ambjent naturali huma ħajjin. Daqstant ieħor, il-liġijiet li jirregolawhom li jeħtieġ jevolvu għall-protezzjoni tal-ispeċi ġodda ta’ flora, fawna jew annimali protetti li jinstabu f’żoni speċifiċi tal-ambjent Malti.

Fl-aħħar jiem, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA emendat r-regolamenti dwar il-protezzjoni tal-flora, fawna u l-ambjent naturali minħabba żieda fl-ispeċi ġodda. Dan sar wara riċerka xjentifika u tagħrif dwarhom u l-istat ta’ konservazzjoni tagħhom.

Il-Kap Eżekuttiv tal-ERA, Dr Louise Spiteri qalet li l-orkidej huma familja ta’ pjanti li huma kkunsidrati li jevolvu l-aktar fir-renju tal-pjanti tant li fost l-ispeċi ġodda hemm waħda endemika li nstabet f’Għawdex.

” Filfatt qed jgħidulha Gozitan Spider Orchid jew id-Dubbiena t’Għawdex u sibna wkoll speċi ta’ friefet illi qed ninnutaw li għandhom bżonn il-protezzjoni peress li l-ispeċi tagħhom jekk ma tiġix issalvagwardjata tista’ tiġi estinta wkoll.”

Bit-tibdil fir-regolamenti, fil-lista tal-pjanti u l-annimali protetti ddaħlu wkoll qroll tal-baħar ta’ importanza internazzjonali li nstab dan l-aħħar fl-ibħra Maltin u klieb il-baħar.

Dr Spiteri qalet li bil-liġi l-ġdida, hekk kif l-Awtorità jkollha prova li xi speċi ma tinsabx fi stat ta’ konservazzjoni, tista’ toħroġ avviż ta’ protezzjoni u tieħu l-passi meħtieġa.

“B’dawn l-emendi ġodda qed nagħtu wkoll protezzjoni u aktar importanza waqt li nżiedu l-lista tal-ispeċi li huma endemiċi għall-pajjiżna”

Il-Kap Eżekuttiv tal-ERA spjegat li r-regolamenti ġodda qed isaħħu s-setgħat tal-ERA fost l-oħrajn biex jitneħħew jew jiġu kontrollati speċi aljeni invażivi.

Il-liġi aġġornata minbarra li żżid il-penali għal reati mwettqa f’dan ir-rigward, tagħti wkoll aktar protezzjoni lil siti speċifiċi u tippermetti aktar flessibilità lill-ERA biex żona b’karatteristiċi ekoloġiċi, ġeoloġiċi u naturali tiġi protetta.

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Waqt żjara fix-xelter tal-YMCA li għandu mat-30 resident, il-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li r-realtà tal-faqar f’Malta, qiegħda tiżdied minkejja t-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż. Dr Delia qal li l-Gvern għandu…

Xogħol

Fit-tieni kwart tas-sena, bejn April u Ġunju li għadda, Malta kellha t-tielet l-ogħla rata ta’ sejħiet għal impjiegi fis-suq tax-xogħol. Skont ċifri tal-Eurostat, il-postijiet tax-xogħol li kienu qed ifittxu l-ħaddiema…

Aktar