Kurżitajiet
Kont taf li Fido jaf jieklok wara li tmut?

Fl-isfond tal-istorja tal-mara Ingliża li nstabet mejta flimkien mal-kelba tagħha f’appartament f’San Pawl il-Baħar, bosta tħassbu dwar x’jiġri jekk sid li jgħix waħdu jmut qabel l-annimali li jrabbi.

Studju rrappurtat fil-Forensic Science International jaf ma tantx jinżel tajjeb mas-sidien tal-annimali.

Fl-istudju, ġew esplorati xi mwiet kurjużi ta’ xi individwi fejn spikkaw għadd ta’ każijiet simili – l-imwiet ta’ persuni li kienu sidien ta’ klieb.

L-esperti forensiċi sabu li klieb domestiċi jistgħu jispiċċaw jieklu biċċiet minn sidhom ladarba dawn imutu. Dan ma ġarax biss f’każ separat għaliex s’issa, ġew irrappurtati mat-63 każ ta’ persuni li mietu u spiċċaw ittieklu mill-pets tagħhom.

Jidher li anke l-qtates jagħmlu għas-sidien mejtin tagħhom fejn l-aktar li jattakkawlhom huma l-aktar partijiet rotob tal-wiċċ bħall-imnieħer, l-għajnejn u x-xuftejn.

Iżda dan ma ssorprendiex wisq lill-antorpoloġista forensika Carolyn Rando. Hija qalet li fin-natura tagħhom, il-qtates, jekk sidhom ikun rieqed, jippruvaw iqajmuh billi jmissulu jew jilgħaqulu wiċċu.

L-istess jista’ jingħad għall-klieb – l-intenzjoni inizjali tkun dik li jilgħaqu wiċċ sidhom iżda x’ħin dawn jibqgħu ma jarawx li dan qed jirrispondi, jispiċċaw jigguffaw fit-tentattiv tagħhom biex iqajmuh sakemm jispiċċaw biex jigdmuh u jiekluh.

Rando qalet li l-klieb, ladarba jigmu u jxommu d-demm, jispiċċaw imorru fl-estrem li jieklu partijiet minn sidhom anke jekk ikollhom aċċess għall-ikel tagħhom. Fl-aħħar mill-aħħar, tgħid Rando, din hija mġieba fin-natura tagħhom. Qalet ukoll li mhemmx distinzjoni bejn ir-razzez li jaġixxu b’dan il-mod iżda nstab li klieb ta’ daqs kbir jew medju u dawk li jbatu mill-ansjetà kienu dawk li spiċċaw aġixxew b’dan il-mod. Hija kompliet tgħid ukoll li l-kelb tal-German Shephard kien l-aktar fost il-klieb li għamel sfreġju minn wiċċ sidu.

L-espert forensiku, Markus Rothschild, min-naħa l-oħra qal li 24% tal-każijiet fl-2015, bil-protagonisti jkunu dejjem il-klieb, ġraw f’inqas minn 24 siegħa mill-mewt tas-sid. Kurżità oħra li ħarġet minn dan l-istudju sab kif l-annimali domestiċi dejjem jagħmlu għal wiċċ sidhom mentri l-klieb slavaġ, dejjem marru għall-intern tal-bniedem mejjet.

Aħbar xejn sabiħa għas-sidien tal-annimali iżda wieħed jista’ jikkonsla b’ħaġa waħda biss – mewt ta’ wieħed ħajja t’ieħor.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Il-kelb tal-anzjana Ingliża aktarx li miet bi swied ta’ qalb

 

 

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Missier, ibnu u t-tfajla tiegħu jistgħu jgħodduha b’waħda hekk kif ġew salvati bit-traskuraġni ta’ ħaddieħor. Curtis Whitson flimkien ma’ ibnu u t-tfajla tiegħu ddeċidew iqattgħu xi jiem jesploraw ix-xmara Arroyo…

Barranin

Żagħżugħ li jaħdem f’pompa tal-petrol f’Milan qed ikun meqjus eroj wara li salva tifel ta’ 5 snin li waqa’ minn gallarija fit-tieni sular. Angel Micael Vargas Fernandez, li huwa mill-Arġentina…

Kurżitajiet

Ħadd ma basar li mill-Palazz Blenhein, seta’ jinsteraq loki tad-deheb li kien imwaħħal b’kollox mas-sistema tad-drenaġġ. Il-loki, ta’ 18-il karat deheb pur, inġarr minn grupp ħallelin fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu….

Barranin

Żewġ żgħażagħ fil-Bulgarija kellhom avventura ikbar milli stennew meta ħadu dawra bil-parachute fuq il-baħar. Waqt li kienu qed jinġibdu bl-ispeedboat, taħthom raw kolonja kbira ta’ bram, u ma setgħu jagħmlu…

Aktar