Kurżitajiet
Kont taf li l-bżaru aħmar jaħraq ix-xaħam?

Skont studju riċenti ta’ Lancet Public Health, hemm diversi fatturi għaliex ċertu nies jirnexxilhom jibqgħu rqaq mingħajr ebda sforz żejjed.

Għalkemm il-ġenetika u l-istil ta’ ħajja li wieħed jgħix huma fatturi ewlenin li jiddeterminaw id-dehra tal-persuna, jikkontribwixxu wkoll għal dan xi fatturi oħrajn.

L-istudju sab li persuni li dejjem iżommu figura pulita huma dawk li jgħixu viċin xi gym, pixxina jew ġonna.

Dawk li m’għandhomx kwiet f’ġisihom, jgħid l-istudju, għandhom tendenza wkoll li jkunu irqaq. L-istudju jgħid li aktar ma wieħed iżomm ruħu okkupat b’attivitajiet ta’ kuljum bħall-mixi, it-tisjir u l-ġardinaġġ kollha jgħinu għad-dehra aħjar ta’ dak li jkun.

Aktar ma toqgħod wieqaf aktar ma taħraqx kaloriji. Infatti, skont studju ieħor tal-2003, it-teknoloġija wkoll qed tgħażżen lin-nies. L-istudju jgħid li tekonoloġija bħad-dishwasher, it-televiżjoni, il-karozzi u l-lifts iġġegħluna naħarqu mal-111 kalorija inqas matul il-ġurnata. Għalhekk, l-istudju jagħti l-parir biex wieħed iżid aktar l-attività fiżika.

L-ikel jaħraq bħall-bżaru aħmar jew zlazi jaħarqu, skont l-istudju, ukoll jgħinu biex dak li jkun jevita li jkollu piż żejjed.

Il-bżaru aħmar li fih il-capsaicin, inaqqas l-aptit, jaħraq ix-xaħam u jżid ir-ritmu tal-metaboliżmu tal-bniedem. Barra minn hekk, instab ukoll li ikel jaħraq jekk jittiekel kważi kuljum inaqqas b’14% l-inċidenza li wieħed imut minn kwalunkwe mard.

Ħwawar oħra bħall-kemmun, il-ġinġer, ir-rosmarin, ir-rieġnu u l-kannella kollha jaħarqu x-xaħam. Dawn il-ħwawar jagħmlu dan billi jnaqqsu l-infjammazzjoni fil-ġisem, jgħinu lill-ġisem jirrispondi l-insulina fis-sistema u jtejbu l-kompożizzjoni tal-mikrobi fl-intestin.

Fost l-aktar fatturi strambi li jelenka dan l-istudju, hemm dak li jgħid li n-nies li jgħixu fl-għoli huma ħafna inqas qawwijin minn dawk li jgħixu f’żoni baxxi. Ix-xjenza tispjega li postijiet li jinsabu fl-għoli għandhom inqas ossiġenu allura min jgħix jew iqatta’ ħafna ħin f’tali kundizzjonijiet jispiċċa jħaddem aktar il-metaboliżmu tiegħu biex ilaħħaq mad-domanda għall-ossiġenu li jkollu bżonn il-ġisem.

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Xjenzati qalu li ż-żmien tal-adolexxenza għandu jibqa’ sejjer minn 10 snin sa 24 sena. Dan minkejja li bħalissa ż-żmien tal-adoloxxenza jintemm maż-żmien magħruf tat-teenagers – 19-il sena. Huma bnew l-argument…

Kurżitajiet

L-aħħar sfida li tfaċċat fuq il-midja soċjali li qed tikseb il-popolarità ma’ min iħobb jirriskja, hija dik li hi magħrufa bħala  ‘tide pod challenge’. Hemm bosta filmati jduru fuq il-midja soċjali…

Kurżitajiet, Lokali

Skont it-tbassir tat-temp nistgħu ngawdu l-ftuħ u ċ-ċelebrazzjonijiet tal-V18 mingħajr inkwiet. Skont First Malta (www.firstmalta.com) u l-uffiċċju meterjoloġiku, it-temp imbassar għal għada s-Sibt 20 ta’ Jannar se jkun il-biċċa l-kbira…

Kurżitajiet

Ix-xjentisti qegħdin fuq l-għatba ta’ skoperta revoluzzjonarja fil-qasam tal-mediċina u s-saħħa – test tad-demm għall-kanċer. Tim ta’ esperti f’John Hopkins University ħadmu qatigħ fuq metodu li jirnexxilu jsib 8 forom…

Aktar