Barranin, Kurżitajiet
Kont taf li l-Prinċep William, Charles u Kate għandhom ismijiet oħra?

Ħafna jaħsbu li huma familjari mal-ismijiet tal-familja Rjali madankollu l-Prinċep William, Harry, Charles u Kate għandhom ismijiet u titli oħra alternattivi li ftit jafu bihom.

Biss biss il-Prinċep Charles iġorr isem li jtul mat-tliet linji. Dawn l-ismijiet jintużaw biss f’ċertu postijiet.

Pereżempju fl-Iskożja l-familja Rjali ġġorr ismijiet differenti: il-Prinċep William għandu t-titlu ta’ Earl of Strathearn filwaqt li Kate saret il- Countess of Strathearn. Dawn it-titli u l-ismijiet jintużaw biss meta jkunu fl-Iskożja.

Għall-Prinċep Charles hemm l-isem tad-Duka ta’ Rothesay. Il-mara tiegħu Camilla hija d-Dukessa ta’ Rothesay.

Dawn it-titli jinqelbu ta’ taħt fuq meta jkunu fit-Tramuntana tal-Irlanda. Il-Prinċep William jissejjaħ Baron Carrickfergus u Kate tissejjaħ Lady Carrickfergus.

Meta l-familja Rjali tirfes fin-naħa tal-Punent tal-Ingilterra, il-Prinċep ta’ Wales jissejjaħ id-Duka ta’ Cornwall. Hemm huwa ma jissejjaħx Prinċep iżda jissejjaħ Duka.

Dwar il-Prinċep Harry u Meghan storja oħra. Dan hekk kif il-Prinċep Harry s’issa għad m’għandux titli skont il-ġeografija. Madankollu la l-Prinċep William ħa l-ismijiet żejda meta żżewweġ hemm possibiltà kbira li meta Harry jiżżewweġ jingħata dawn it-titli.

Mill-ispekulazzjonijiet li għaddejjin bħalissa Harry aktarx jingħata t-titlu ta’ Duka ta’ Sussex filwaqt li Meghan issir id-Dukessa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Kurżitajiet

Virus qattiel li għad m’hemmx vaċċin kontrih qed jinfirex fl-Indja, u diġà qatel tliet persuni fl-istat ta’ Kerala. Sitta oħra huwa maħsub li wkoll mietu b’dan il-virus, li jġib l-isem…

Barranin

Il-Pulizija tal-Indja qalet li qabdet mara li kienet qed iġġorr xejn inqas minn 106 kapsuli bil-kokaina fl-istonku. Il-mara, li hija barranija, inqabdet bid-droga fl-ajruport ta’ Delhi. Intqal li l-mara ta’…

Barranin

F’Chieti, fl-Italja, raġel allegatament waddab lil martu mill-gallarija ta’ darhom u ftit tal-ħin wara gara lil bintu minn pont tal-awtostrada A14. It-traġedja seħħet ilbierah fejn, Fausto Filippone, għal raġunijiet mhux…

Barranin

Fil-Venezwela, il-President Nicolas Maduro ġie ri-elett bħala President għas-sitt snin li ġejjin fl-elezzjoni karatterizzata minn boycott mill-oppożizzjoni u allegazzjonijiet ta’ irregolaritajiet. F’pajjiż milqut minn kriżi ekonomika serja li qed tirriżulta…

Aktar