Kurżitajiet
Kont taf li s-selfie ikabbarlek imnieħrek b’30%?

Selfie jew kif ngħidu bil-Malti Stessu, meħud minn distanza ta’ 30 ċentimetru minn wiċċek ikabbarlek imnieħrek bi kważi 30%. Dan qalu rapport ippubblikat fil-ġurnal JAMA Facial Plastic Surgery.

L-istudju sab li s-selfies ineffħulek imnieħrek, jiġi jidher eħxen. Dan il-fenomenu qed jikkonvinċi ħafna nies biex jirrikorru għall-kirurġija plastika.

Dr Boris Pashkover qal li fid-dinja tal-kirurġija plastika, l-esperti raw żieda sostanzjali f’pazjenti li xtaqtu biddla fid-dehra ta’ imneħirhom.

Huwa qal li l-kultura tas-selfies qed iġġiegħel lin-nies taħseb li għandhom imneħirhom kbir meta fir-realtà jkunu raw ritratti tagħhom infushom b’distorzjoni li tinħoloq meta dan ikun meħud mill-viċin.

 

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-partitarji Messikani u Kolumbjani wrew xi jfisser l-ispirtu tat-Tazza tad-Dinja meta refgħu partitarju Eġizzjan fis-siġġu tar-roti sabiex ikun jista’ jara lill-Eġittu jilgħabu kontra l-Uruguay. Għalkemm l-Eġittu tilfu kontra l-Uruguay b’0-1…

Barranin, Kurżitajiet

Il-plejer ta’ fama mondjali Cristiano Ronaldo kompla jikseb iktar ammiraturi wara l-ġest tiegħu biex iferraħ tifel imbikkem. Il-każ ġara qabel ma t-tim tal-Portugall telaq lejn ir-Russja biex jilgħab fil-logħob tat-Tazza…

Barranin, Kurżitajiet

Mara li kienet ilha f’koma tliet xhur u nofs minħabba kundizzjoni f’moħħha rnexxielha twelled tarbija fl-isptar ta’ Carlo Poma ta’ Mantova.  It-tarbija, li twieldet ilbieraħ wara 8 xhur tqala, tinsab…

Aktar