Barranin
Kont taf li tista’ tinduna meta tkun ser tiġi attakat minn kelb il-baħar?

It-temperatura tal-ilma taffetwa kemm ikunu attivi l-klieb il-baħar.  Dan joħroġ minn riċerka li saret minn grupp ta’ xjenzati, immexxija minn Dr Nicholas Payne minn Queen’s University ta’ Belfast u l-Università ta’ Roehampton.

Huwa qal li mir-riċerka nstab li kelb il-baħar jippreferi jattakka meta it-temperatura tkun ta’ 22 grad celsius.  Qal ukoll li din it-temperatura m’hijiex kiesħa ħafna u lanqas mhi sħuna ħafna għall-klieb il-baħar, però l-iktar kundizzjoni ideali biex jattakaw lin-nies.

Ħafna mill-klieb il-baħar għandhom demmhom kiesaħ, bit-temperatura ta’ ġisimhom taqbel mat-temperatura tal-ilma ta’ madwarhom.  It-tiger sharks jistgħu jgħumu fl-ibħra qrib il-belt ta’ Sydney kemm fix- xhur tax-xitwa u kif ukoll tas-sajf minħabba li din it-temperatura hija komuni f’dawn l-inħawi.

Dr Payne qal li x-xjenzati ħarġu b’din idea tajba li jifhmu aħjar l-imġieba ta’ dawn l-annimali u fejn iħobbu jgħumu fl-oċejan, kif ukoll kif taffetwahom it-temperatura.  Din ir-riċerka tista’ twassal għal modi ġodda li bihom wieħed jista’ jevita li jiġi attakat.

Infatti, din tista’ sservi ta’ gwida għal xi pajjiżi li qed jippruvaw isibu soluzzjonijiet sabiex ikunu jistgħu jindirizzaw il-problema ta’ għawwiema attakkati mill-klieb il-baħar li f’xi każi jistgħu jkunu fatali.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May tinsab fi Brussell fejn kellha taħditiet mal-ogħla uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’attentat biex issalva l-ftehim għal Brexit. Fi tweet ftit tal-ħin ilu, il-President tal-Kunsill Ewropew,…

Barranin

Persuna nqatlet u tal-inqas sitt persuni ndarbu wara li ġew sparati tiri fil-belt Franċiża ta’ Starsburgu. Il-Ministru għall-Intern Franċiż ikkonferma li seħħ każ serju għas-sigurtà pubblika u ħeġġeġ lir-residenti jibqgħu…

Barranin

Ftit sekondi nħassu ħafna itwal meta l-bieba tal-karozza tal-Prim Ministru Ingliż ma riditx tinfetaħ. Theresa May kienet għadha kemm waslet għal-laqgħa mal-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel, li magħha kellha tiddiskuti l-possibililtà…

Dieta

Jekk tintiżen regolament id-dar u toqgħod attent x’tiekol tista’ tevita milli teħxien f’dawn iż-żminijiet tal-festi tal-Milied. Studju ġdid mill-Universitajiet ta’ Birmingham u Loughborough qasmu lill-voluntiera f’żewġ gruppi biex janalizzaw x’jiġri…

Aktar