Ambjent
Kont taf x’jiġri mil-loqma tas-sigarett?

Il-loqom tas-sigaretti huwa l-iktar tip ta’ skart li jispiċċa fil-baħar, u jittiekel mill-ħut u l-ħlejjaq marittimi, bil-konsegwenza li joqtolhom.

Meta bħalissa qed tiżdied il-kuxjenza dwar l-iskart, b’mod partikolari dak li qed jeqred il-ħajja marittima, ftit huma konxji li l-loqma tas-sigarett ma tiddiżintegrax maż-żmien.

Dan ir-ritratt li tpoġġa fuq is-siti soċjali minn Plastic Crisis Alliance huwa wieħed minn fost ħafna tipi ta’ skart li qed jiġu ppubblikati bil-għan li jkun hawn min isir iktar konxju tat-tniġġis ambjentali mill-plastik.

Plastic Crisis Alliance hija għaqda mhux governattiva bbażata Texas fl-Istati Uniti li qed tipprova tikseb anke fondi biex torganizza inizjattivi ta’ tindif.

Dan minbarra li qed tagħmel pressjoni fuq il-politiċi biex jimpenjaw ruħhom fit-tnaqqis tal-produzzjoni u l-użu tal-plastik.

https://www.facebook.com/PlasticCrisisAlliance/photos/a.475195989599973/652546128531624/?type=3

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar