Lokali
“Kont tgħidilna biex noqogħdu attenti fuq ix-xogħol u b’hekk kellek tħallina” – iben Emanuel Grech

“Kellek tħallina hekk, tmut quddiemi. Ma stajt nagħmel xejn missier biex ngħinek”. Dan huwa kliem iben ir-raġel li tilef ħajtu dalgħodu fil-Ħamrun.

Iben il-vittma, Matthew esprima n-niket u l-ġerħa tat-telfa ta’ missieru fuq Facebook.

Matthew iddeskriva lil missieru bħala li ma kienx hawn raġel bħalu, li kien dejjem jiċċajta u lest li jgħin lil kulħadd.

Huwa qal li kien iwissihom biex joqogħdu attenti fuq ix-xogħol u sfortunatament missieru kellu jmut b’dan il-mod.

Emanuel Grech kien se jieqaf mix-xogħol xahrejn oħra. Ibnu qal li kienu qed jistennew dan iż-żmien biex flimkien imorru jistadu u jmorru għall-kaċċa.

Matthew kompla jikteb “inwiegħdek li nagħmel mill-aħjar li nista’ missier biex inferħek minn hemm fuq, postok f’qalbi ma jieħdu ħadd”.
Emanuel Grech tilef ħajtu meta waqa’ żewġ sulari f’xaft ta’ lift f’kumpless tal-ħwienet fil-Ħamrun.

Il-vittma kien qed jgħin lil ibnu u kien iġorrlu xi affarijiet, meta inċidentalment waqa’ f’bokka u baqa’ nieżel żewġ sulari fejn hemm il-parkeġġ tal-kumpless.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Emanuel Grech tilef ħajtu quddiem għajnejn ibnu

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li issa li l-pajjiż iddikajra emerġenza medika huwa importanti li flimkien nużaw ir-riżorsi kollha biex tintrebaħ din l-emerġenza ħalli jingħelbu l-isfidi ta’…

Lokali

Waqt li bosta minna ninsabu d-dar minħabba l-imxija tal-Coronavirus, l-annimali bħal donnu ħadu l-opportunità u qed joħorġu aktar. Grupp ta’ papri deher fejn il-baħar u dan ġibed l-attenzjoni tan-nies li…

COVID-19

Il-Professur Charmaine Gauci qalet li qed issir strateġija ta’ kontroll fejn dawk li għandhom sintomi anke ħfief bħal diarrhea jew respiratorji qed jiġu mħeġġa jċemplu l-111. Dan l-appell qed isir…

COVID-19

Il-Professur Gauci ikkonfermat li statistikament hemm ħafna aktar irġiel infettati mill-Covd-19 milli nisa f’Malta. Dan hi qalitu waqt il-konferenza stampa tal-lum fejn ħabbret li hemm 14-il każ ġdid ta’ Coronavirus…

Aktar