Unjoni Ewropea
Kontra l-Covid-19: Team Europe magħquda ma’ sħabha

Iż-żminijiet eċċezzjonali li qed ngħixu qegħdin jgħaqqduna dejjem aktar u fl-istess ħin qed jitolbu sforz kollettiv qawwi min-naħa tagħna. Din l-isfida nistgħu għaliha u se naffrontawha flimkien.

Bħal ħafna minnkom f’dawn il-jiem, qed naħdem mid-dar, minn fejn qed nikteb dan l-artiklu. Flimkien ma’ wliedi għall-wens u l-kumpanija, u għalkemm inkwetata għalihom u l-futur tagħhom, nista’ ngħid li jien waħda mill-ixxurtjati. Iżda għal miljuni ta’ nies fl-UE u fid-dinja, il-ħajja bħalissa hija ħafna aktar iebsa. Xi wħud, fosthom l-anzjani u dawk l-aktar vulnerabbli, huma morda, jew jista’ jkun li jgħixu waħedhom. Oħrajn m’għandhomx dar tagħhom fejn imorru. U l-eroj qegħdin fuq quddiem nett
jaħdmu bla heda biex jiġġieldu lil dan il-virus.

F’dan iż-żmien, importanti li jiġi enfasizzat li għalkemm fiżikament mifruda, aħna magħqudin. U flimkien, aħna aktar qawwijin u b’saħħitna. Dan hu li esprimew il-mexxejja tagħna bħala xewqa u impenn waqt il-laqgħa tal-G20 tal-Ħamis.

U bħala Team Europe, irridu nkunu magħqudin. L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha qed jirrispondu għall-kriżi. Qed naħdmu qatigħ biex jitrażżan it-tixrid tal-coronavirus — kemm fl-Ewropa kif ukoll lil hinn minnha. Din il-kriżi globali teħtieġ rispons globali. Sakemm il-kriżi tibqa’ għaddejja x’imkien fid-dinja, m’aħniex se nkunu moħħna mistrieħ. Bħala Kummissarju għas-Sħubijiet Internazzjonali, qed naħdem bla heda biex niżgura li l-UE taqdi r-rwol tagħha biex tmexxi b’mod effettiv il-ġlieda globali kontra din il-pandemija, b’attenzjoni partikolari għall-pajjiżi l-aktar fraġli.

Quddiem din il-kriżi globali bla preċedent, l-UE qed tieħu b’serjetà kbira r-responsabilitajiet tagħha bħala attur globali. Qed naġixxu flimkien mal-pajjiżi sħabna biex nidentifikaw il-ħtiġijiet u nipprovdu lassistenza meħtieġa biex nirrispondu, f’din is-sitwazzjoni li qed tevolvi malajr.

Biex nagħmlu dan, jeħtieġ li nagħmlu disponibbli l-għodod u r-riżorsi varjati li għandna għall-azzjoni esterna, biex nużawhom bis-sħiħ fil-ħidma kkoordinata tagħna mal-pajjiżi sħabna. Ser nagħmlu impatt permezz ta’ kontribut komprensiv u koordinat għall-ġlieda globali kontra l-coronavirus. L-approċċ tagħna jrid ikun komprensiv, filwaqt li nindirizzaw is-saħħa pubblika u l-isfidi soċjoekonomiċi flimkien, bl-użu ta’ miżuri koerenti— miżuri mfassla biex jaħdmu issa u fil-futur prevedibbli. Din il-biċċa sejra ttul.

Mill-aspett tas-saħħa, bi qbil mar-rispons internazzjonali usa’, jeħtieġ li nsegwu prijoritajiet ta’ politika ewlenin fejn ikun hemm diskrepanzi importanti fir-riżorsi. Jeħtieġ li nżidu l-isforzi tal-appoġġ u nagħtu spinta lill-kapaċitajiet ta’ rispons fil-pajjiżi bis-sistemi tas-saħħa l-aktar dgħajfa. Dan huwa dak li l-mexxejja tal-UE impenjaw ruħhom għalih: li jiżguraw kooperazzjoni internazzjonali fl-indirizzar ta’ din il-pandemija u jkompli jassistu lill-pajjiżi u l-komunitajiet vulnerabbli madwar id-dinja,
speċjalment fl-Afrika.

Importanti wkoll li jingħataw provvisti mediċi u tagħmir addizzjonali fejn meħtieġ u li jiġi żgurat li lħaddiema tas-saħħa jkollhom biżżejjed tagħmir protettiv. Il-kollaborazzjoni reġjonali akbar hija wkoll kruċjali. Irridu nibqgħu naħdmu fuq dijanjostika, terapiji u vaċċini ġodda. Nafu li din it-taħlita ta’ politiki tista’ taħdem.

L-appoġġ tagħna għall-pajjiżi sħabna fl-isforzi tagħhom biex jiġġieldu l-impatt soċjali u ekonomiku talkriżi jeħtieġ li jkun sew wiesa’ sew robust. Dan irid jinkludi għajnuna b’miżuri li jappoġġjaw id-dħul tan-nies, l-għoti xta’ i forma ta’ protezzjoni soċjali, il-protezzjoni tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, il-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni u l-esklużjoni soċjali, u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, speċjalment fejn jidħlu n-nisa, il-bniet u l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà.

Barra minn hekk, l-approċċ tagħna jaħdem meta jkun ikkoordinat daqs kemm ikun komprensiv. Dan ifisser li l-istituzzjonijiet kollha tal-UE u l-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien bħala skwadra waħda —Team Europe— biex jipprovdu l-kontribut effettiv tagħna għar-rispons globali. Dan ifisser ukoll li nuru tmexxija fl-isforzi tagħna biex niffurmaw front magħqud kontra l-pandemija ma’ atturi internazzjonali ewlenin oħra, gvernijiet sħab, istituzzjonijiet finanzjarji, is-soċjetà ċivili, is-settur privat
u oħrajn.

Għalhekk, dawk li bassru t-tmiem tal-multilateraliżmu tkellmu malajr wisq. Issa hemm għarfien globali li d-dinja għandha twarrab id-differenzi tagħha u tingħaqad kontra theddida komuni. Billi ma tħalli lil ħadd barra, billi tippromwovi s-solidarjetà u taġixxi b’mod tassew inklużiv.

Is-solidarjetà u s-sħubija bejn in-nazzjonijiet jirrappreżentaw il-qofol essenzjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, b’konsistenza nsostnu l-kooperazzjoni internazzjonali. Naħdmu fuq it-tisħiħ tas-sħubijiet internazzjonali tagħna madwar id-dinja — issa, u meta dan il-virus terribbli isir memorja mbiegħda.

Madankollu, għalissa, il-virus huwa parti kbira minn ħajjitna. Iżda jekk nieħdu ħsieb lilna nfusna, u nieħdu ħsieb xulxin — anki mill-bogħod — nistgħu negħlbuh, u noħorġu aktar b’saħħitna u aktar magħqudin minn qatt qabel, u noffru l-futur isbaħ li kollha kemm aħna nixtiquna lil uliedna. Kull ma rridu nagħmlu hu li nifhmu li aħna lkoll flimkien u rridu naħdmu waħda għall-oħra, wieħed għallieħor, magħqudin. Din hija l-vera tifsira tal-Ewropa.

Dan l-artiklu huwa miktub minn Ms Jutta Urpilainen u miġjub lilkom minn:

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Malti li jgħix l-Istati Uniti fl-aħħar sigħat esperjenza mill-qrib il-vjolenza u l-protesti li qed isiru f’diversi ibliet Amerikani wara l-qtil tal-Afro Amerikan George Floyd. Joseph Vassallo li ilu jgħix f’Santa…

COVID-19

Konsulent ewlieni tal-ġenetika jemmen li fi żmien ġimagħtejn oħra l-coronavirus jekk nibqgħu attenti jaf jisparixxi minn Malta. Il-Professur Christian Scerri qal li issa li se jitneħħew aktar miżuri restrittivi, importanti…

Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

Aktar