Barranin
Kontroversja dwar l-id il-leminija tal-PM Ingliż: Dominic Cummings

Fir-Renju Unit, tissokta il-kontroversja dwar l-id il-leminija tal-Prim Ministru Boris Johnson, Dominic Cummings.

Il-Prim Ministru Boris Johnson appoġġja lill-konsulent ewlieni tiegħu u qal li Cummings ma kellu ebda alternattiva oħra ħlief li jmur f’Durham fit-Tramuntana tal-Ingilterra fejn il-ġenituri meta skond il-Prim Ministru, kemm Cummings u martu ma kienux se jkunu kapaċi jieħdu ħsieb aktar lil uliedhom minħabba li kienu ma jifilħux bil-COVID-19.

Johnson qal li f’kull aspett, Cummings aġixxa b’mod responsabli, legali u integru. Il-Prim Ministru żied li diversi allegazzjonijiet huma foloz.

Diversi Ministri oħra ukoll appoġġjaw li Cummings, iżda għadd ta’ deputati tal-partit konservattiv stess u mexxejja politiċi qalu li l-uffiċjal għoli f’Downing Street għandu jirriżenja.

Intant, waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, Johnson qal ukoll li r-Renju Unit jista jgħaddi għat-tieni fażi ta’ illaxkar tal-miżuri b’rabta mal-coronavirus, li jfisser diversi tfal jistgħu jerġgħu jibdew immorru l-iskola mill-1 ta’ Ġunju.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-awtoritajiet Amerikani approvaw sanzjonijiet ġodda kontra ċ-Ċina minħabba liġi ġdida ta’ ndħil dwar is-sigurtà f’Hong Kong. Din il-liġi kienet ikkundannata mill-komunità internazzjonali. Il-miżuri tal-Gvern Amerikan li għaddew bi qbil assolut…

Barranin

Il-pulizija f’Hong Kong għamlet l-ewwel arresti taħt il-liġi l-ġdida imposta minn Beijing kontra l-protesti. Dan hekk kif għadd kbir ta’ nies fakkru it-23 sena mit-tmiem tat-tmexxija Ingliża. Aktar minn 300…

Barranin

Raġel fl-Istati Uniti spara fuq mara li ħaditlu bandiera tan-Nażi li kellu mwaħħla quddiem daru f’Oklahoma. L-uffiċċju tax-Sheriff ta’ Garfield County qal li l-mara kienet qegħda f’festin fil-viċin, meta f’ħin…

COVID-19

Puplesija, delirju, ansjetà, konfużjoni, għejja, u l-lista tkompli. Il-Covid-19 mhix biss marda respiratorja! Ma kull ġimgħa li tgħaddi, qed joħroġ aktar ċar kemm il-coronavirus jista’ jwassal għal problemi newroloġiċi. Il-maġġoranza…

Aktar