Lokali
Kontroversja dwar ritratt bil-bandiera Maltija mħallta mal-bandiera tal-komunità LGBTIQ

Inqas minn xahar wara li ngħata l-inkarigu ta’ Ministru tal-Ugwaljanza, Edward Zammit Lewis b’ġest simboliku sab ruħu fiċ-ċentru ta’ kontroversja minn uħud wara li ppoża għal ritratt bil-bandiera Maltija mħallta mal-bandiera tal-komunità LGBTIQ. Dr Zammit Lewis iddefenda l-aġir tiegħu waqt li fil-midja soċjali qamu argumenti favur u kontra li parti mil-bandiera bajda u ħamra spiċċat bil-kuluri oħrajn.

Waqt li l-komunità LGBTIQ qed tħejji għall-gay pride parade, ippreżentat lil Ministru l-ġdid tal-Ugwaljanza Edward Zammit Lewis, il-bandiera Maltija bil-parti l-ħamra mibdula bil-bandiera tal-komunità. Gaby Calleja sostniet li dan il-ġest simboliku sar biss biex turi li Malta llum aċċettat id-diversità wara d-diversi riformi li taw id-drittijiet lill-komunità LGBTIQ u bl-ebda mod mhu maħsub biex tbiddel in-natura tal-bandiera Maltija.

Madankollu fuq il-midja soċjali, kienu bosta li ħaduha qatt bla ħabel kontra dan il-ġest simboliku jew mhumiex. Fost oħrajn, id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo fuq Facebook wera ruħu diżapuntat bl-imġiba tal-Ministru. Sostna li l-bandiera ta’ Malta hija ta’ Malta. Żied jgħid li l-ugwaljanza tfisser rispett lejn id-diversità, iżda issa qed jidher li hawn minoranza li qed taħkem fuq maġġoranza.

Il-Ministru Zammit Lewis iddefenda ruħu mill-kritika ta’ bosta fuq il-midja soċjali u ddikjara li m’għandu ebda dubju fir-rispett lejn il-bandiera Maltija bajda u ħamra. Żied jgħid iżda li jħossu privilleġġjat li jagħmel parti minn Gvern li implimenta miżuri bla preċedent favur ir-rispett tad-diversità u sostna li r-ritratt li qajjem il-kontroversja huwa biss att simboliku favur aktar drittijiet ċivili.

L-Opinjonista Peppi Azzopardi min-naħa tiegħu argumenta li l-agħa li qajjem dar-ritratti juri li fis-soċjetà baqa’ ħafna iżjed xi jsir favur ir-rispett sħiħ tad-diversità u juri dak li sejjaħ patrijottiżmu falz.

Mhux eskluż li dan l-att simboliku li l-kuluri tal-bandiera tal-LGBTIQ ħadu post parti mill-bandiera Maltija setgħet kienet imnebħa mill-Prim Ministru Kanadiż JustinTreadue li wkoll xejjer il-bandiera Kanadiża mħallta bil-bandiera ta’ din il-komunità.

Aħbarijiet Oħra
Temp

Skont il-paġna fuq Facebook, it-Temp Madwarna, jidher li l-ewwel maltempata tinsab wara l-bieb. Skont l-istess paġna diversi mudelli tat-temp qed jindikaw li fl-aħħar jiem t’Awwissu jista’ jkollna l-ewwel xita hekk kif…

Kronaka

Żagħżugħ Franċiż ta’ 24 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li x’aktarx ipprova jaqbeż minn fuq dgħajsa għall-baħar u spiċċa ħabat rasu mad-dgħajsa. Il-pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident, li seħħ…

Lokali

Id-Dwana kkonfiskat 1,700 sigarett tal-kuntrabandu minn maħżen ta’ stabbiliment f’Bormla. Dan seħħ wara xhur ta’ sorveljanza mill-uffiċjali tad-Dwana. Is-sid inqabad fil-fatt joħroġ kaxex ta’ sigaretti tal-kuntrabandu mill-maħżen, li jinsab biswit…

Lokali

Beda jaqta’ x-xagħar ta’ 13-il sena u llum li għandu 68 sena m’għandux ħsieb li jieqaf. Il-barbier Żejtuni Louis Cassar jispjega lil TVM għal xiex mal-bieb ta’ barra weħħel tabella…

Aktar