Kurżitajiet
Kontroversja fl-Ukrajna fuq parata militari b’suldati nisa lebsin żraben bit-takkuna

Il-ministru responsabbli mid-difiża tal-Ukrajna Andriy Taran spiċċa f’nofs kontroversja wara li ġie żvelat pjan biex suldati nisa jimmarċjaw waqt parata militari lebsin żraben bit-takkuna.

Il-parata hija ppjanata li ssir fl-24 ta’ Awwissu biex tfakkar it-30 sena mill-indipendenza tal-pajjiż wara li sfaxxat l-Unjoni Sovjetika.

Bosta kienu l-attivisti, inkluż dawk favur id-drittijiet tan-nisa, li ddeskrivew il-pjan bħala wieħed sessista u nsistew li kellu jitwaqqaf.

Fl-armata Ukrena hemm iservu 31,000 mara fosthom 4,000 uffiċjal. Huwa kkalkulat li madwar 13,000 minnhom iġġieldu fil-kunflitt bejn il-pajjiż u s-separatisti appoġġjati mir-Russja.