Lokali
Kontroversji dwar l-istrixxuni quddiem il-Monument tal-Assedju l-Kbir

Kompliet is-saga bejn attivisti ta’ Occupy Justice u l-awtoritajiet dwar it-twaħħil ta’ strixxuni u xemgħat b’tifkira ta’ Daphne Caruana Galizia mal-monument tal-Assedju l-Kbir li wara l-festa nazzjonali ta’ Jum il-Vittorja ngħalaq biex jsir xogħol ta’ restawr fuqu. Il-Ministru Owen Bonnici qal li dan il-monument nazzjonali għandu jkun imħares u t-tifsira tiegħu m’għandix tinbidel. Fl-istess waqt, il-Partit Nazzjonalista u attivisti t’Occupy Justice qalu li l-libertà tal-espressjoni qed tiġi mminata.

Fl-aħħar ġimgħa u nofs il-monument tal-Assedju l-Kbir quddiem il-bini tal-Qorti fil-Belt spiċċa l-arena ta’ kontroversja bejn attivisti ta’ Occupy Justice u l-awtoritajiet, wara li għal iktar minn darba tneħħew l-istrixxun u x-xemgħat b’replika tal-monument innifsu flok l-istrixxun ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Kultura, Owen Bonnici qal li kif isir f’xogħlijiet simili, l-ilqugħ ittella’ biex il-ħaddiema mid-Direttorat tar-Restawr jkunu jistgħu jaħdmu bla xkiel mingħajr periklu għall-pubbliku. Dr Bonnici qal li l-monument ifakkar ġrajja nazzjonali ta’ Jum il-Vitorja u bħala Ministru responsabbli mill-kultura għandu obbligu jipproteġi kull monument nazzjonali.

Il-Ministru qal li riżultat tal-affarijiet li tpoġġew miegħu fl-aħħar ħdax-il xahar saret ħsara li trid tittranġa bir-restawr. Saħaq li f’pajjiż li jħaddan is-saltna tad-dritt u ħadd m’għandu dritt ibiddel it-tifsira jew it-tifkira ta’ monument nazzjonali. Dr Bonnici qal li jekk ikun hemm xewqa monument ta’ tifkira għal Daphne Caruana Galizia hemm il-liġi u l-proċessi li wieħed irid isegwi.

L-attivisti ta’ Occupy Justice bi protesta marru quddiem il-Ministeru għall-Ġustizzja u poġġew fjuri u noti għaliex fi kliemhom il-bini jirrappreżenta l-post fejn il-libertà tal-espressjoni qed tmut.

Occupy Justice qalet il-Ministru ta-Ġustizzja għandu dmir jiżgura l-libertà tal-espressjoni iżda minflok ordna li tiġi miknusa kull forma ta’ tifkira għal Daphne Caruana Galizia. L-attivisti qalu li dak li qed iseħħ hu ċensura u l-ebda monument mgħotti m’hux se iwaqqafhom mill-impenn tagħhom għall-verità, il-ġustizzja u l-libertà.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Melissa Pace li għad għandha 22 sena, toħlom li ‘l quddiem jirnexxielha toħloq linja tagħha tal-moda, biex turi lil kulħadd bil-fatti li s-sbuħija ma tfissirx il-perfezzjoni, imma li tiġi f’kull…

Pulizija

Il-Pulizija Maltija waqfet taqsima li permezz tagħha żżomm kont tal-ismijiet tal-passiġġieri kollha li jgħaddu minn Malta. B’hekk Malta qed timxi mad-direttiva Ewropea li għandha l-għan li tipprevjeni u tinvestiga kazi…

Qorti

Silvio Zammit fetaħ protest ġudizzjarju kontra l-Avukat Ġenerali u talab lill-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici biex ibiddel klawżola fil-Kodiċi Kriminali, biex Maġistrat ikun jista’ jiddikjara magħluqa l-evidenza tal-prosekuzzjoni meta wara numru ta’…

Aktar