Lokali
Koperattivi Malta tilqa’ l-iżviluppi fil-Pitkalija

Koperattivi Malta laqgħet b’mod pożittiv il-ħidma li saret fl-aħħar jiem fil-Pitkalija biex ikun assigurat li l-prodotti tal-bdiewa jaslu għand il-konsumaturi.

Hija nnutat dik li sejħet bħala “reżiljenza” minn dawk involuti, fosthom il-koperattiva tal-bdiewa, u qalet li huwa ta’ sodisfazzjon tara l-prinċipji koperattivi mħaddma.

Koperattivi Malta nsistiet li huma l-valuri tal-għaqda u l-koperazzjoni li wasslu lill-bdiewa jieħdu deċiżjonijiet biex iħarsu l-għixien tagħhom.

“Fejn hemm l-għaqda u l-koperazzjoni minn kulħadd jinstabu s-soluzzjonijiet”, żiedet tgħid Koperattivi Malta.