Barranin
Koppja gay tingħata dritt li tgħix u taħdem f’Hong Kong

Żewġ nisa Ingliżi li huma miżżewġa lil xulxin ingħataw id-dritt li jgħixu u jaħdmu f’Hong Kong mill-ogħla Qorti ta’ dan it-territorju.

Wara li waħda min-nisa ġiet offruta xogħol f’Kong Kong, l-awtoritajiet irrifjutaw li joħorġu visa wkoll għall-mara tagħha, li kienet ilha magħquda magħha f’unjoni ċivili sa mill-2011.

Għalkemm id-diskriminazzjoni abbażi l-orjentazzjoni sesswali hija illegali fil-Hong Kong, żwiġijiet bejn koppji tal-istess sess mhumiex rikonoxxuti.

Din id-deċiżjoni tal-Qorti mistennija tiftaħ il-bieb għal iktar koppji LGBTIQ biex ikunu jistgħu jaħdmu f’dan iċ-ċentru finanzjarju fl-Asja.