Barranin, Kurżitajiet
Koppja ma tħallix traġedja ttelfilha t-tieġ – l-għarusa spiċċat attakkata minn kukkudrill

Minkejja qtigħ il-qalb għall-koppja li spiċċaw jaffaċċjaw sitwazzjoni mhux tas-soltu rnexxielhom jgħixu l-ħolma tagħhom.

Kif ġraw l-affarijiet ħadd ma kien jobsor li tfajla ta’ 25 sena Zanele Ndlovu se taqta’ xewqitha u tiżżewweġ meta ħamest’ijiem qabel spiċċat bla driegħ.  Il-kuraġġ u d-determinazzjoni tagħha għelbu kull ostaklu.

Zenele u l-għarus tagħha Jamie iltaqgħu sentejn ilu u kienu diġà għamlu d-data tat-tieġ għal dan ix-xahar.

Hija kienet coneing mal-għarus tagħha fuq baħar kalm meta ħabta u sabta attakkahom kukkudrill u ġibed lill-kopja fl-ilma.

Minkejja li r-raġel irnexxielu jeħlisha ħafif l-għarusa spiċċat attakkata mill-kukkudrill b’dirgħajha mill-minkeb maqtugħ. Zanele qalet li għall-ewwel ħasbet li kienet se tmut meta l-baħar biddel lewnu bid-dmija. Minkejja dan hi ma qatgħetx qalbha u baqgħet tissielet sakemm xi gwidi tawha l-għajnuna u għajtu għall-għajnuna. Hija mill-ewwel indunat li ma l-qagħda tagħha ma kinitx tajba. Stqarret li fortunatament kienet il-kesħa u għalhekk ma bdietx tħoss daqshekk l-uġigħ.

Kif jgħidu ħadd ma jaf x’se jseħħ fil-ġejjini. Meta ttieħdet l-isptar ħsibijietha marru fuq it-tieġ li kien ippjanat għal 5 ta’ Mejju. Xi jumejn wara l-operazzjoni t-tobba qalulhom li jistgħu jiżżewwġu fl-isptar.

Żgur li t-tieġ se jibqa’ mnaqqax fil-memorja tal-koppja. Huma mistennija jkomplu bil-pjanijiet tagħhom u jgħixu ħajjithom fir-Renju Unit.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tmenin ġurnata mindu saret l-elezzjoni, l-Italja tinsab qrib li jkollha Prim Ministru ġdid. L-isem propost hu Giuseppe Conte, Professur fil-liġi ta’ 54 sena mill-belt ta’ Foggia fir-reġjun ta’ Puglia… qajla…

Barranin, Kurżitajiet

Virus qattiel li għad m’hemmx vaċċin kontrih qed jinfirex fl-Indja, u diġà qatel tliet persuni fl-istat ta’ Kerala. Sitta oħra huwa maħsub li wkoll mietu b’dan il-virus, li jġib l-isem…

Barranin

Il-Pulizija tal-Indja qalet li qabdet mara li kienet qed iġġorr xejn inqas minn 106 kapsuli bil-kokaina fl-istonku. Il-mara, li hija barranija, inqabdet bid-droga fl-ajruport ta’ Delhi. Intqal li l-mara ta’…

Barranin

F’Chieti, fl-Italja, raġel allegatament waddab lil martu mill-gallarija ta’ darhom u ftit tal-ħin wara gara lil bintu minn pont tal-awtostrada A14. It-traġedja seħħet ilbierah fejn, Fausto Filippone, għal raġunijiet mhux…

Aktar