Lokali
Koppja Maltija abbord cruiseliner li fuqu hemm suspett ta’ persuna infettata bil-coronavirus

Koppja Maltija tinsab abbord cruiseliner li hemm biża’ li fuqu hemm każ ta’ persuna infettata bil-coronavirus.

Dan ġie kkonfermat mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin li qal li huma jinsabu fuq il-vapur MV Westerdam li ma tħalliex jidħol f’diversi portijiet fosthom fit-Tajlandja, il-Ġappun, it-Taiwan, Guam u l-Filippini.

Fl-aħħar ħinijiet ġie kkonfermat li l-vapur li telaq minn port f’Hong Kong fl-ewwel ta’ Frar u għada se mistenni jidħol f’port fil-Kambodja.

Il-Ministeru qal li jinsab f’kuntatt magħhom u ma qrabathom u se jara li jaslu sikuri Malta.

Il-Ministeru kkonferma wkoll li m’hemm l-ebda Malti barra minn Malta li rriżulta pożittiv għall-Coronavirus.

Aħbarijiet Oħra
Tfal

Il-Fondazzjoni għall-Ġid tas-Soċjetà nediet pjattaforma online fejn it-tfal jistgħu jaqsmu il-ħsibijiet u modi prattiċi li jiġu ffaċċjati kuljum minħabba il-pandemija u kif qed jirnexxielhom jegħlbu l-isfidi. Bl-iskejjel magħluqin u kostretti…

Knisja Maltija

Għall-ħabta ta-12pm l-Arċisqof Charles Scicluna se jkun qed jagħmel stqarrija dwar il-Quddies fil-knejjes. Ilbieraħ id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne  ħabbar li minn nofs Ġunju jistgħu jibdew isiru l-Quddies…

Kronaka

Raġel ta’ 32 sena ġie arrestat waqt roadchecks li kienu qegħdin jagħmlu l-Pulizija tad-Distrett. Huwa inqabad fil-pussess ta’ sustanza illegali, allegatament droga. Matul il-lejl li għadda, waqt li l-Pulizija tad-Distrett…

Ambjent

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u l-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia żaru l-bajja tar-Ramla l-Ħamra fejn wara 70 sena fekruna tat-tip Loggerhead telgħet biex għamlet il-bejta tagħha…

Aktar