Qorti
AĠĠORNAT: Koppja mwiddba biex tagħlaq il-purtieri wara li tat spettaklu bla ħsieb

Mara u raġel spiċċaw imwiddba mill-Qorti biex iżommu l-purtieri tal-kamra tas-sodda magħluqa, wara li xi persuni lemħuhom waqt l-att sesswali fil-gallarija.

Il-koppja, li huma turisti Ukreni, ġibdu l-attenzjoni ta’ persuni li rrappurtawhom lill-Pulizija wara li rawhom meta kienu f’mumenti intimi fil-gallarija tal-kamra tas-sodda. Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tas-16 t’Awwissu f’lukanda f’San Pawl il-Baħar.

Il-mara u r-raġel, li għandhom 33 u 39 sena, tressqu taħt arrest akkużati li offendew il-morali pubblika b’att li sar f’post espost għall-pubbliku, kif ukoll li kienu fis-sakra.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud, illiberat lill-koppja bil-kundizzjoni li ma jwettqux reat ieħor fi żmien sena.

Filwaqt li widdbithom biex ma jinżgħux fil-pubbliku u jżommu l-purtieri magħluqa, il-Qorti awguratilhom ikomplu jgawdu l-vaganza tagħhom f’Malta. Il-Qorti ordnat divjet fuq l-ismijiet.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Godwin Scerri, filwaqt li għad-difiża deher l-avukat tal-għajnuna legali Benjamin Valencia.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri ħabbar li lbieraħ daħħal abbozz fil-Parlament sabiex ikomplu jiħraxu l-multi fuq moħqrija tal-annimali. Għal darb’oħra l-Gvern ta għotjiet lill-Għaqdiet mhux Governattivi li qed jgħinu…

Lokali

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li l-ground ginger m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli għoljin ta’ Benzo(a)pyrene u ta’ Polycyclic aromatic hydrocarbons….

Lokali

F’nofs ix-xahar id-dieħel il-Gvern se jerġa’ joħroġ il-bonds għall-persuni ‘l fuq minn 62 sena. Intant, f’kummenti lil TVM, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li l-Gvern qed jaħseb biex iżid l-ammont…

Trasport

Hekk kif il-preparamenti u l-pjanijiet għall-mina bejn Malta u Għawdex għaddejjin ġmielhom, id-dibattitu dwar it-trasport f’Malta u f’Għawdex ma jonqosx. Waqt il-programm TVAM, id-Direttur ta’ Koncept X, il-Perit Konrad Xuereb…

Aktar