Qorti
Koppja tinżamm arrestata fuq akkużi ta’ prostituzzjoni u ħasil ta’ flus

Mara u raġel li isimhom ma jistax jixxandar b’ordni tal-Qorti qed jinżammu arrestati wara li l-Maġistrat Grima ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fost oħrajn minħabba l-gravità tal-każ.

Permezz tal-avukat difensur, Kathleen Grima, il-koppja wieġbet li mhijiex ħatja li b’ħasil ta’ flus marbut mal-akkużi prinċipali ta’ prosituzzjoni u burdell. Huma ġew akkużati wkoll b’pussess ta’ droga eroina.

L-Ispetturi Jonathan Cassar u Roxanne Tabone qalu li l-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.