Qorti
AĠĠORNAT: Aldo Cutajar u martu jinżammu arrestati fuq ħasil ta’ flus

Il-koppja miżżewwġa Aldo Cutajar u Isabel Cutajar li għandhom 55 sena u 52 sena rispettivament inżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti b’urġenza mixlija b’ akkużi ta’ ħasil ta’ flus li twettaq minn bejgħ ta’ propjetà li saret minn reati kriminali.

Aldo Cutajar, li kien il-konslu ġenerali ta’ Malta f’Shanghai, fiċ-Ċina, kien akkużat ukoll li wettaq reat li bħala uffiċjal tal-gvern kellu d-dmir li jipprevjeni.

Il-prosekuzzjoni qalet li waqt rejd li twettaq fid-dar tal-koppja fin-Naxxar instabu madwar nofs miljun ewro f’kontanti u għadd ta’ oġġetti li għandhom valur prezzjuż, bħal ġojjellerija, arloġġi u karozzi lussużi, xorb, statwi u oġġetti tal-arti li nxtraw permezz ta’ flus kontanti. Inqtal ukoll li għandhom kont bankarju f’Dubai li fih bejn tliet mija u erba’ mitt elf ewro.

Il-Qorti ċaħdet it-talba li saret mid-difiża għall-ħelsien mill-arrest minħabba l-oġġezzjoni li saret mill-prosekuzzjoni dwar il-biża ta’ intraċċ tal-provi għax għad trid tinstema’ x-xhieda ta’ għadd ta’ pajżana Maltin u barranin.

Il-prosekuzzjoni qalet ukoll li għad hemm diversi investigazzjonijiet tat-taxxa li għadhom għaddejjin.

Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħruġ tal-iffriżar tal-propjetajiet u biex l-assi tal-koppja jkunu sekwestrati. Il-Maġistrat Josette Demicoli ċaħdet it-talba għal-libertà proviżjorja u ordnat li x-xhieda tibda tinstema’ fis-seduta li jmiss.

Ara wkoll:

“M’għandi l-ebda rabta jew l-iċken idea fuq l-operat ta’ ħija” – Il-Kap taċ-Ċivil

L-għaqdiet Soċjetà Ċivili u Repubblika jsejħu għar-riżenja ta’ Mario Cutajar