Kronaka
Koppja tweġġa’ gravi wara li ċeda parti mis-saqaf tad-dar fl-Isla

Raġel ta’ 59 sena u mara ta’ 54 sena, it-tnejn residenti l-Isla, weġġgħu gravi wara li lbieraħ filgħaxija ċeda parti mis-saqaf ta’ kamra tar-residenza tagħhom.

Il-pulizija qalet li kien għall-ħabta tal-10.10 p.m. meta ġew infurmati li seħħ il-każ fi Triq it-Tarzna l-Isla.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li waqa’ parti mis-saqaf ta’ kamra li dak il-ħin kienu fiha l-koppja.

Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu u kif ukoll tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għal aktar kura medika.

Aktar tard, huma ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-WasteServ qalet li l-ġbir tal-ħġieġ għar-riċiklaġġ huwa amministrat minn żewġ skemi privati, li huma responsabbli li jiġbru ħġieġ segregat. Il-kumpanija qalet li avżat lil dawn l-iskemi li mhux se taċċetta…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela sejjaħ laqgħa mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali skedata għal nhar il-Ħamis li ġej, biex tkun diskussa l-pożizzjoni ta’ Malta fl-isfond tal-pandemija Covid-19. Fi stqarrija maħruġa…

COVID-19

L-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw 16-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 1,502 swab test. B’hekk il-każi attivi ta’ Coronavirus f’Malta telgħu għal 215, hekk kif ħadd…

Immigrazzjoni

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo qal li l-ħidma tal-Gvern wasslet biex minn Marzu ‘l hawn mat-3,000 immigrant irregolari twaqqaf milli jiġi f’Malta. Fi stqarrija fuq il-midja soċjali, huwa qal li…

Aktar