Kultura
Kor Għawdxi b’kunċerti fir-Repubblika Ċeka

Darbtejn Franza, darbtejn l-Italja, darba l-Awstrija u issa r-Repubblika Ċeka. Dawn hu l-vjaġġi barra l-pajjiż li għamel il-kor Schola Cantorum Jubilate, imwaqqaf f’Għawdex tmintax-il sena ilu.

Din il-medley ta’ kant popolari minn Malta b’siltiet bħall-‘Għawdex’, ‘Int sabiħa Malta tagħna’, ‘L-aħħar bidwi’, u ‘L-ewwel tfajla li ħabbejt’ ġiet ippreżentata mill-kor Schola Cantorum Jubilate f’wieħed mill-kunċerti li ta fir-Repubblika Ċeka, fil-Mill Colonnade ta’ Karlovy Vary. Il-kunċert ittella’ bil-kollaborazzjoni tal-orkestra sinfonika ta’ din il-belt.

L-Ischola Cantorum Jubilate tela’ r-Repubblika Ċeka b’35 korist li bil-vuċijiet tagħhom kienu wkoll ambaxxaturi għal Malta. Huma kienu bbażati fil-kapitali, Praga, bil-fundatur tal-kor, Stefan Attard, qal li l-għan tagħhom hu li joħolqu mużika tajba u jagħtu esperjenza edukattiva lill-membri. Wera l-fehma li l-kor għamel suċċess għax dejjem emmen li l-mużika hi lingwa li trid tikkomunika ma’ min jismagħha.

Il-Fundatur u Koordinatur tal-iSchola Cantorum Jubilate, Stefan Attard qal “dak hu l-iskop għaliex l-Ischola Cantorum Jubilate tat esperjenza lill-membri tagħha f’diversi pajjiżi mill-bidu tal-eżistenza tagħha tmintax-il sena ilu u kantat f’postijiet prominenti. L-iskop kien biex nagħtu esperjenza lil dawn iż-żgħażagħ li qed jiskopru l-mużika sagra, mużika klassika, mużika polifonika li l-Ischola Cantorum Jubilate tispeċjaliżża fiha.”

Fi Praga, quddiem udjenzi mdaqqsa l-kor ta’ diversi kunċerti fejn interpreta biċċiet sagri ta’ kompożituri rinomati fosthom fil-knisja ta’ San Gall li tinsab fil-parti l-qadima tal-belt. Is-sopran u direttur tal-kor, Marouska Attard, tat kunċert fil-Knisja ta’ San Franġisk fejn interpretat biċċiet ta’ Mozart. F’din il-knisja Mozart kien ta’ diversi kunċerti fuq l-orgni u llum għadha mfittxija għall-kunċerti li jittellgħu fiha kuljum.

L-Ischola Cantorum Jubilate anima ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa fil-knisja tal-Madonna tal-Vittorji fejn hemm il-Bambin ta’ Praga u fil-Katidral ta’ San Vitu fil-Kastell Presidenzjali.

Mument aktar leġġer ħa lill-kor fuq Charles Bridge, li jaqsam ix-xmara Vlatva.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Il-wrestling għal bosta jidher sports goff iżda għal Wayne Pace beda jsegwi l-isport tar-wrestling minn età żgħira, sakemm sar atleta professjonali. Il-wrestling huwa dixxiplina sportiva bir-regoli tagħha saħansitra ta’ ħarsien…

Saħħa

Id-Dipartiment tal-Kardjoloġija fl-Isptar Mater Dei kompla bl-isforzi biex jikber l-għarfien u l-prevenzjoni dwar il-mard tal-qalb. F’jum ta’ attivitajiet, mijiet ta’ nies għamlu testijiet mediċi f’inizjattiva tas-Soċjetà tal-Qalb biex jikber l-għarfien dwar…

Għawdex

L-investiment fil-prodott turistiku Għawdxi ser jissukta bi skema ġdida Enable Tourism li kienet tħabbret fil-Budget għal din is-sena. L-iskema hija maħsuba biex itejjeb l-aċċessibiltà fil-postijiet tal-akkomodazzjoni turistika. Id-dettalji tagħha tħabbru…

Aktar