Lokali

Kors fil-livell ta’ Masters fid-diplomazija kontemporanja

Fl-aħħar snin il-midja soċjali kisbet rwol aktar importanti fid-diplomazija tant li aktar ambaxxaturi u diplomatiċi qed jużaw siti bħal Twitter u Facebook fil-ħidma diplomatika tagħhom.

Dawn is-siti soċjali qed jintużaw anke minn ambaxxaturi residenti Malta, ewlenin fosthom l-Ambaxxatriċi tal-Istati Uniti għal Malta, Gina Abercrombie-Winstanley u l-Kummissarju Għoli Ingliż f’Malta, Rob Luke.

Fil-jum iddedikat lid-Diplomazija Diġitali, l-ambaxxaturi f’Malta ngħaqqdu flimkien għall-konferenza bit-tema d-diplomazija diġitali. . . bejn it-tradizzjoni u l-innovazzjoni.

F’din l-okkazjoni, l-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella ħabbar li din is-sena l-gvern se jalloka żieda sostanzjali fil-fondi għall-programmi u korsijiet li jispeċjalizzaw fid-diplomazija.

Dr Vella qal li f’dan il-jum DiploFoundation qed tniedi l-Masters fid-diplomazija kontemporanja.

DiploFoundation twaqqfet fl-2002 bil-għan li tindroduċi t-teknoloġija tal-inforazzjoni u l-kommunikazzjoni fid-diplomazija.

Din il-fondazzjoni llum tgħodd ‘il fuq minn 290 persuna, ħafna minnhom jagħmlu parti mill-korp diplomatiku.