Xogħol
Kors għal karrieri fuq jottijiet lussużi

Wara tliet snin ta’ tħejjija, l-MCAST flimkien mas-City of Glasgow College u l-Malta Maritime Forum nedew kors iddisinjat għal karrieri ta’ ekwipaġġi għas-superyachts, mill-Kaptan sal-assistenti abbord. Fit-tnedija tal-kors intqal li ż-żieda tas-superyachts reġistrati taħt il-bandiera Maltija, qed twassal biex jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ xogħol fuq dawn il-bastimenti lussużi.

Is-settur tal-jottijiet lussużi jeħtieġu servizz rafinat abbord, għax is-sidien u l-mistednin tagħhom jistennew servizz tal-ogħla kwalità.

B’aktar min 750 jott reġistrat taħt il-bandiera Maltija, l-Istitut għall-istudji Marittimi fl-MCAST nieda kors flimkien mas-City of Glasgow College u l-Malta Maritime Forum għat-taħriġ f’dan il-qasam. Il-kors b’finanzjament mill-Unjoni Ewropea joffri taħriġ fost oħrajn għal kaptana, għall-inġiniera u fis-servizzi ta’ ospitalità fuq superyachts.

Il-Ministru Ian Borg qal li l-industrija tas-superyachts tiġġenera attività anċillari u impjiegi ta’ kwalità.

Il-Maltin f’dawn l-aħħar snin ftit li xejn kellhom taħriġ f’dan is-sens u naħseb dak li qed tagħmel l-MCAST huwa pass importanti ħalli iktar Maltin jaħdmu fuq dawn is-superyachts.

Id-Direttur tal-Istitut tal-Inġinerija u t-Trasport fl-MCAST Stephen Sammut spjega li l-kors joffri taħriġ speċjalizzat fl-oqsma varji abbord is-superyachts.

”Is-setturi l-oħra għandhom il-livelli tagħhom imma dan is-settur huwa aktar superjuri fil-livell u l-ammont ta’ crew li jkun hemm fuq superyacht ikun dejjem inqas allura l-crew irid ikun imħarreġ f’diversi oqsma.”

Il-kors li ser ikun offrut ukoll online, huwa mmirat għal persuni li għandhom ħajra li jaħdmu f’dal-qasam.

Charlie Attard li huwa student tal-Istitut Marittimu qal li xogħol fil-qasam marittimu jeħtieġ dedikazzjoni kbira, minħabba li wieħed irid iqatta’ żmien twil fuq il-baħar.

”Ix-xogħol għandu ħafna responsabbiltà, attirani l-fatt li nixtieq insir kaptan fl-aħħar mill-aħħar, jien bħalissa qiegħed nagħmel il-kors officer of the watch, illi bażikament għandek sena skola, sena baħar, u sena skola biex fl-aħħar mill-aħħar tiggradwa bħala uffiċjal.”

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li korsijiet bħal ProCrew ikomplu jtejbu r-reputazzjoni ta’ Malta fis-settur marittimu.

 

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Gvern qed ifassal abbozz ta’ liġi biex Malta jkollha Qorti tal-Ambjent fejn jinstemgħu u jiġu deċiżi każi ta’ reati ambjentali. Il-Ministru tal-Ambjent qal li għandu l-kelma tal-avukati li l-abbozz ta’…

Edukazzjoni

Fil-bidu tas-sena d-dieħla, studenti mill-Korea t’Isfel se jibdew jitħarrġu f’Malta biex jiggradwaw bħala tekniċi fil-manutenzjoni tal-ajruplani. L-istudenti se jitħarrġu fl-MCAST wara qbil bejn il-kulleġġ, żewġ kumpaniji privati u l-gvern tal-Korea…

Edukazzjoni

Il-Fondazzjoni LifeCycle għamlet għotja ta’ €25,000 lill-Università għar-riċerka dwar ċesti li jitrabbew fil-kliewi. Riċerkaturi ser jagħmlu stħarriġ dwar il-ġenetika ta’ din il-kundizzjoni li tintiret fil-familji u twassal għal mard serju…

Televiżjoni u Radju

Il-prevedibbli se jsir imprevedibbli waqt l-għodwiet min-nhar it-Tnejn li ġej ma’ Carlo, Gordon u Anna fuq Magic Malta 91.7 FM. It-tliet karattri vivaċi b’livelli varji ta’ esperjenza radjofonika se jieħdu…

Aktar