Lokali
Korsijiet ġodda biex tiġi indirizzata l-problema tan-nuqqas ta’ għalliema

Sa tmiem din is-sena skolastika, l-Istitut tal-Edukazzjoni qed jippjana li jfassal żewġ korsijiet ta’ Baċellerat u Masters għas-supply teachers biex tiġi indirizzata l-problema ta’ nuqqas ta’ għalliema fl-iskejjel.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Istitut, Joanne Grima qalet li dawn il-korsijiet se jgħinu biex is-supply teachers isiru għalliema regolari.

Sa tmiem din is-sena skolastika, l-Istitut tal-Edukazzjoni qed jippjana li jfassal żewġ korsijiet akkreditati li għandhom jiftħu t-triq għas-supply teachers biex jiksbu l-kwalifiki u javvanzaw fil-karriera tagħhom.

L-Istitut se joffri dawn il-korsijiet, li jwasslu kemm għal Baċellerat kif ukoll għal Master’s Degree.

Joanne Grima qal li “hemm min għandu kwalifika mod u kwalifika għolja, biex ikunu jistgħu japplikaw għal dawn il-korsijiet li se jkunu qed noffru bħalissa għaddej l-iżvilupp tagħhom u jkunu jistgħu nagħtuhom l-opportunità biex minn supply teacher, issir għalliem regolari jekk ittemmu b’suċċess”.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Istitut tal-Edukazzjoni, Joanne Grima qalet li dawn il-korsijiet se jkunu fuq bażi part-time u mhux teskludi li jinfetħu wkoll għal min irid bidla fil-karriera.

Qalet li f’Ġunju li għadda, mas-26 supply teacher temmew b’suċċess, kors ieħor offrut mill-Istitut tal-Edukazzjoni, li fetħilhom bieb biex isiru għalliema tal-post.

Joanne Grima  spjegat li kienu ggradwati f’suġġett li kien jiġi mgħallem fi skola sekondarja, però ma sabux post biex jgħallmuh dan is-suġġett fi skola sekondarja, imma kienu daħlu supply teachers fi skejjel primarji. Qalet li l-Istitut tal-Edukazzjoni ħoloq l-Adaptation Course li huwa Post-Graduate Certificate f’Livell 7 li nistgħu ngħidu huwa terz ta’ Master’s Degree għax fih 30 ECTS, u temmewh b’suċċess kollu f’Ġunju li għadda, tajniehom iċ-ċertifikat u dawk kellhom il-possibbiltà li japplikaw biex isiru teachers regolari.

Bħalissa, l-Istitut tal-Edukazzjoni joffri mas-62 kors akkreditat, f’livelli differenti, immirati biex l-għalliema jtejbu l-professjoni tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-qorti ordnat kumpens ta’ €463,465 għal tfajla li spiċċat fuq siġġu tar-roti wara inċident fil-Qawra. It-tfajla; Vladyslava Kravchenko, disa’ snin ilu kienet f’party ħdejn Fra Ben, meta l-apparat tad-dawl waqa’…

Lokali

Mara ta’ 68 sena sofriet ġrieħi gravi wara li ttajret f’San Ġwann. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.15 fi Triq Birkirkara. Il-Pulizija marru fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li mara ta’…

Lokali

Bil-festini tal-Milied jinsabu fl-aqwa tagħhom, għadd ta’ entitajiet ngħaqdu flimkien f’kampanja preventiva biex min se jixrob ma jsuqx għax fi kliemhom il-ħajja mhijiex logħba. Il-ħajja mhix logħba . . ….

Lokali

L-MUT u l-MCAST se jkomplu jitkellmu sabiex tinstab soluzzjoni Il-Union tal-Għalliema, l-MUT, issospendiet id-direttiva biex nhar il-Ġimgħa jsir strajk ta’ ġurnata mill-għalliema fl-MCAST minħabba nuqqas ta’ qbil dwar il-ftehim kollettiv…

Aktar