Edukazzjoni
Kotba mil-letteratura Maltija b’tipa akbar għall-anzjani

L-anzjani ser ikollhom kotba mil-letteratura Maltija mitbugħa b’tipa akbar mill-medja. L-inzjattiva tas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva tnediet mal-anzjani li jattendu wieħed miċ-ċentri tal-Università tat-Tielet Età.

L-edukazzjoni m’għandiex età. Mas-700 anzjan jattendu f’xi wieħed mill-ħames ċentri tal-Università tat-Tielet Età fil-Floriana, tas-Sliema, Ħ’Attard, Bormla u l-Kampus ta’ Għawdex.

Il-Professur Marvin Formosa stqarr li l-Università tat-Tielet Età li bdiet toffri korsijiet lill-anzjani fl-1993, isservi bħala pjattaforma biex l-anzjani jkattru l-għarfien u l-ħiliet tagħhom f’suġġetti u oqsma mingħajr il-pressjoni tal-eżamijiet. Qal li ċ-ċentri joffru tagħlim f’suġġetti bħal filosofija, it-teoloġija, l-istorja u l-lingwi. Wera sens kbir ta’ sodisfazzjon li hemm anzjani li saħansitra għandhom disgħin sena li għadhom jattendu għal dawn il-korsijiet.

Id-Direttur tal-Università tat-Tielet Età, Marvin Formosa qal ”ħafna drabi… l-isterjotipa li anzjan, għax issa għandu disgħin sena huwa fraġli jew vulnerabbli… din mhux dejjem tkun r-realtà’.’

Għal Saviour Sammut li għandu 77 sena, il-korsijiet tawh ċans jiskopri orizzonti ġodda li qajla kellu l-opportunità jagħmel f’ħajtu u fl-istess waqt jissoċjalizza ma’ persuni tamparu.

”Iktar ma titkellem u tagħmilha mal-anzjani iżjed jgħallmuk għax dejjem għandhom xi ħaġa li jistgħu joffru u xi ħaġa ġdida li forsi inti ma tkunx tafha” qal Saviour Sammut.

Marcelle Tomasuolo Dandrea li għandha 74 sena qalet li riedet tinkiteb għall-korsijiet meta kien għad għandha 59 sena u kienet taħdem bħala gwida tat-turisti. Qalet li minn dak iż-żmien ma ħarsitx lura.

”Philosophy u teology huma s-suġġetti tiegħi, bħalissa qed nagħmel il-kors tat-teoloġija” qalet Marcelle Tomasuolo Dandrea.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis, żar iċ-ċentru ta’ Ħ’ Attard u nieda l-pubblikazzjoni ta’ kotba mill-pinna ta’ Frans Sammut b’tipa kbira għall-kumdità tal-anzjani. Il-kotba se jitqassmu fiċ-ċentri tal-Universita tat-Tielet Età, fiċ-ċentri ta’ matul il-jum u fid-djar residenzjali tal-anzjani.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal-Knisja organizzat laqgħa ta’ djalogu ma’ rappreżentanti tal-partiti politiċi dwar il-politika li għandu jħaddan il-Parlament Ewropew fil-leġislatura li jmiss. Il-Kummissjoni għażlet it-tema ‘Naġġustaw l-Ewropa għall-Ġid Komuni’…

Turiżmu

Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena ġew Malta ftit aktar minn 78,000 turist abbord il-vapuri tal-passiġġieri. Skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika kien hemm żieda ta’ aktar minn 810,000 passiġġier meta…

Xogħol

Ċifri tal-Eurostat juru li Malta hija fost 13-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea li sal-2018 kienet diġà qabżet il-miri tal-impjiegi li kellhom jintlaħqu sal-2020. Il-Eurostat qal li s-sena l-oħra, Malta b’żieda ta’…

Partit Laburista

Il-Partit Laburista permezz tad-deputati Edward Zammit Lewis, Alex Muscat u l-kandidata għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Fleur Vella, qal li l-Oppożizzjoni mhix kredibbli meta titkellem dwar il-finanzi tal-pajjiż. Dr Zammit Lewis qal…

Aktar