Reliġjon
Kristu bata biex isalva lill-bniedem mill-ħażen – Patri Raniero Cantalamessa

Il-Papa Franġisku preseda l-funzjoni tal-Adorazzjoni tas-Salib fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Il-funzjoni saret bil-Latin għalkemm l-omelija saret minn Patri Raniero Cantalamessa bit-Taljan li bbaża l-omelija tiegħu fuq it-tbatija ta’ Kristu biex isalva lill-bniedem mill-ħażen.

Semma’ diversi sitwazzjonijiet attwali fejn il-bniedem abbanduna lil Alla u qal li l-unika tama hija fi Kristu għax kien hu li fetaħ mill-ġdid it-triq għal din ir-relazzjoni li mingħajrha l-bniedem isib ruħu skjav tad-disordni. Kellu kliem iebes għal dawk li ma jagħtux każ il-bżonnijiet ta’ ħaddieħor u għal dawk li għandhom il-poter fejn spjega li ser ikunu ġġudikati b’mod iebes quddiem il-faqar u l-imwarrba madwar id-dinja.

Il-kardinali u l-isqfijiet, presbiteri, djakni u lajċi telgħu purċissjonalment ibusu s-salib biex wara kien hemm mumenti ta’ silenzju fejn il-kongregazzjoni niżlet għarkupptejha filwaqt li l-Papa Franġisku żamm il-Kurċifiss. Ft-tielet parti tal-funzjoni sar it-tqarbin bl-Ewkaristija li kienet ikkonsagrata lbieraħ. Il-funzjoni spiċċat bil-barka li ngħatat mill-Papa Franġisku.

Sadanitant ilbieraħ fil-Quddiesa ta’ Ħamis ix-Xirka l-Papa Franġisku ħasel saqajn 12-il priġunier li jinsabu fil-ħabs ta’ Velletri fl-Italja. Kamra f’dan il-ħabs modern li kienet tintuża bħala teatru nbidlet f’post sagru biex il-Papa jiċċelebra l-aħħar ċena ta’ Kristu ma’ dawk li qed jiskontaw sentenza f’dan il-ħabs. Il-messaġġ ewlieni tal-Papa kien l-għajnuna li wieħed għandu jagħti lill-ieħor.

Il-ħabs ta’ Velletri suppost fih 400 priġunier iżda bħalissa fih aktar minn 600 persuna li l-maġġoranza tagħhom huma barranin. Fost dawk li ħaslilhom saqajhom kien hemm raġel mill-Kosta tal-Avorju u ieħor mill-Marokk.

Din hija l-ħames darba konsekuttiva li l-Papa għażel li jaħsel saqajn il-priġunieri, mossa ta’ umiltà li tispjega l-messaġġ Nisrani li l-kbir u dak li għandu l-poter għandu jservi liż-żgħir.

Aħbarijiet Oħra
Teknoloġija

Huma bosta dawk li fuq il-Facebook qed itellgħu r-ritratt tagħhom ta’ kif se jkunu qed jidhru fil-ġejjieni. Iżda kemm hu għaqli li tagħmel dan? Xi tkun qed tagħmel eżatt meta…

Barranin

Fi Kyoto fil-Ġappun mill-anqas 26 persuna tilfu ħajjithom u għexieren oħra ndarbu f’nirien li tqabbad apposta minn raġel fi studio tal-animazzjoni. Rapporti qed jgħidu li madwar 36 persuni ttieħdu lejn…

Barranin

Fl-istat ta’ Massachusetts l-Istati Uniti l-prosekuturi waqqgħu l-akkuża kriminali kontra l-attur Kevin Spacey. Spacey ta’ 59 sena kien akkużat li abbuża sesswalment minn ġuvni ta’ 18-il sena tliet snin ġo…

Barranin

Fil-belt ta’ Sinaloa fil-Messiku, in-nies ferħet għall-aħbar li fl-Istati Uniti, il-kap tal-ikbar ċirku ta’ traffikar ta’ droga bejn il-Messiku u l-Istati Uniti, Joaquin El Chapo Guzman, ingħata sentenza ta’ għomor…

Aktar