Tfal
Ktejjeb biex tfal vulnerabbli jkunu jafu x’inhuma d-drittijiet tagħhom

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità ta’ Standards ta’ ħarsien Soċjali Matthew Vella qal dawn il-linji gwida jirriflettu verament dak li għandhom bżonn it-tfal u saru wara konsultazzjoni wiesgħa ankè ma’ tfal li qegħdin jingħataw kura f’ħarsien alternattiv.

Il-linji gwida jelenkaw l-obbligi u r-responsabbiltajiet ta’ min jipprovdi s-servizzi lit-tfal. L-awtorità ħarget ktejjeb għat-tfal li jingħataw kura f’ħarsien altternattiv biex ikunu jafu eżatt dak li suppost jirċievu mis-servizzi li jingħataw.

Bħalissa hawn 24 dar residenzjali li fihom jingħataw kura tfal f’ħarsien alternattiv u l-247 tifel u tifla li qed jiġu ffosterjati mill-familji.

Il-Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal li dawn il-linji gwida jinkwadraw il-liġi ta’ protezzjoni tat-tfal li se tagħti dimensjoni ġdida lill-qasam ta’ ħarsien alternattiv. Qal li din il-liġi tipprvodi biex il-bżonnijiet individwali tat-tfal, fosthom il-kura, kustodja, l-edukazzjoni, u l-appoġġ psikoloġiku u emozzjonali jiġu ndirizzati.

“L-intenzjoni tagħna hija waħda b’dawn l-istandards li t-tfal f’ħarsien alternattiv jingħataw li jkollhom bżonn biex intejjbu s-soċjetà Maltija.”

Il-konferenza tal-aħbarijiet saret f’waħda mid-djar tat-tfal mmexxija mill-Knisja, Dar Frate Jacoba, fejn jgħixu tmint itfal fl-età ta’ bejn 10 snin u 17-il sena. Fr Ray Scicluna li ilu jmexxi d-dar sa minn mindu infetħet tnax-il sena ilu, u qal li l-kura li tingħata lit-tfal hija ħolistika.

“L-ewwel żmien li jkunu hawn jridu jneħħu r-rabja, pero once li jibdew jaħdmu, jħossuhom utli għal xi ħaġa.”

Is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Silvio Parnis irringrazzja lid-djar li jieħdu ħsieb lit-tfal li huma ddedikati b’servizzi ta’ kura lit-tfal li ma jistgħux jgħixu mal-familji naturali tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

81 persuna ġew immultati llum wara li nqabdu fi gruppi t’aktar minn 3 persuni. B’kollox il-multi ammontaw għal €8,100 f’inqas minn 24 siegħa. Dawn il-miżuri ttieħdu mill-Gvern biex tiġi kkontrollata…

COVID-19

Kwarantina obbligatorja b’effett immedjat fiċ-ċentru miftuħ f’Ħal Far fejn jgħixu madwar elf resident. Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f’konferenza tal-aħbarijiet il-Ħadd filgħaxija. Il-Ministru Fearne qal li…

COVID-19

Wara li d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri ħabbru li r-residenti taċ-ċentru miftuħ f’Ħal Far jinsabu fi kwarantina, huma ressqu appell għal min…

COVID-19

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li tliet pazjenti oħra fiequ mill-COVID-19. Dan ifisser li s’issa fiequ 5 persuni. Huwa ħabbar dan waqt konferenza tal-aħbarijiet. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.  

Aktar