Għawdex
Ktieb dwar il-kultura u l-istorja t’Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet il-ktieb Gozo, an island of beauty, history, and culture. Il-ktieb, b’narrattiva mexxejja tal-istoriku Joseph Bezzina, u b’ritratti eċċellenti tal-fotografu Daniel Cilia, sar bl-inizjattiva tal-Ministeru għal Għawdex.

Il-Ministru  Caruana qalet li xtaqet u promoviet din il-pubblikazzjoni biex isservi bħala vetrina għal Għawdex, bħala rigal lill-mistednin distinti li jżur Għawdex.

L-awtur, Rev. Dr Joseph Bezzina, spjega kif il-ktieb hu mqassam f’seba’ kapitli: tagħrif ġenerali fuq Għawdex u Kemmuna; ġirja ma’ sebat elef sena ta’ storja; l-Għawdxin, il-lingwa, u l-ikel preferit ta’ Għawdex; għaxar leġġendi minn Għawdex; tagħrif ħafif fuq iċ-Ċittadella, ir-Rabat, l-irħula, u l-ħariet tal-gżira; il-festi patronali; u fl-aħħar, iċ-ċelebrazzjonijiet li l-Ministeru għal Għawdex qiegħed jorganizza fuq skala reġjonali. Dr Bezzina spjega li għalkemm ir-riferenzi ma ddaħħlux fi ktieb ta’ din ix-xorta, kulma nkiteb hu bbażat fuq id-dokumenti li hu jifli fl-Arkivju Nazzjonali li jmexxi hu, u f’arkivji oħra. Anki l-parti dwar l-ikel partikolari ta’ Għawdex hi bbażata fuq riċerka arkivistika.

Hu żied jgħid li l-arkivji huma teżor ewlieni ta’ Għawdex għax bir-riċerka fihom wieħed isir jaf aħjar l-istorja u l-identità tagħna.

Il-fotografu Daniel Cilia stqarr kemm għandu għal qalbu l-gżira ta’ Għawdex u, minkejja li kemm-il darba ddokumenta bir-ritratti tiegħu s-suġġetti ta’ dan il-ktieb, xorta waħda rnexxielu jsib biżżejjed suġġetti oriġinali biex ikun jista’ joħloq ktieb ġdid bħal dan.

Il-Ministru Justyne Caruana, li għalqet it-tnedija tal-ktieb, saħqet kemm hi importanti l-kultura u l-istorja ta’ Għawdex, kemm bħala prodott turistiku u iktar u iktar bħala identità u patrimonju nazzjonali. Ħabbret li l-ministeru ħa l-inizjattiva biex jinħareġ ktieb miktub speċifikament għat-tfal biex minn ċkunithom isiru konxji tal-patrimonju kulturali ta’ Għawdex u b’hekk jinħoloq fihom sens ta’ apprezzament għall-wirt kollu ta’ gżiritna, apprezzament għall-patrimonju storiku u kulturali ta’ Għawdex.

Il-ktieb Gozo, an island of beauty, history, and culture jinsab għall-bejgħ mil-librara ewlenin.

Aħbarijiet Oħra
Festi

Hija t-tradizzjoni li għandha l-għeruq tagħha fil-bidu tal-ħamsinijiet u li tiċċelebra d-devozzjoni lill-Madonna tal-Grazzja permezz ta’ pellegrinaġġ bil-muturi u r-roti. Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż Żabbar jikkonkludu l-istaġun tal-festi tas-Sajf….

Kronaka

Kenneth Cassar ta’ 38 sena mill-Isla ġie akkużat li fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda fl-Isla saq vettura b’manjiera perikoluża, laqat tliet karozzi u baqa’ sejjer. Cassar ġie…

Ambjent

Fl-għeluq tal-ħames konferenza annwali mis-Soċjetà MALTNUM, Malta Model United Nations Society, l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia qal li l-akbar sfida li qed taffaċċja d-dinja bħalissa hija t-tibdil fil-klima. Qal li d-dinja…

Kronaka

Ħidma mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ kontra d-Droga, ilbieraħ waranofsinhar, irriżultat fl-arrest ta’ ġuvni ta’ 17-il sena mill-Birgu u żewġ tfajliet, ta’ 21 u 26 sena minn Ħal Kirkop u l-Fgura rispettivament,…

Aktar