Edukazzjoni
Ktieb ġdid fl-iskejjel biex it-tfal jifhmu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom

Sena mit-tnedija tal-ewwel politika nazzjonali tat-tfal, tnieda ktejjeb li jispjega din il-politika b’addattament għat-tfal skont l-età tagħhom.

L-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Tfal qed iqassam din il-pubblikazzjoni lill-istudenti fl-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex, bil-għan li jippromwovi d-drittijiet kif ukoll il-litteriżmu fost it-tfal.

Lejlet il-Jum Dinji tat-Tfal, studenti tal-iskola medja tal-Kulleġġ Santa Tereża ngħataw l-ewwel kopja tal-ktieb “il-Kaxxa Misterjuża u l-Avventura Lejn il-Ħames Artijiet Imsaħħra”, li hu bbażat fuq l-ewwel politika nazzjonali dwar it-tfal.

Il-pubblikazzjoni b’mod simplistiku tispjega l-politika nazzjonali tat-tfal li għandha l-għan li tippromwovi d-drittijiet u l-ħiliet tat-tfal ibbażati fuq il-prinċipji tal-Konvenzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal tan-Nazzjonijiet Magħquda. Taghmel dan b’rakkont tal-vjagg li t-tfal iterrqu tul hajjithom sal-adoloxxenza.

L-istudenti fl-ewwel sena tas-sekondarja huma konxji mhux biss mid-drittijiet tagħhom imma anke mid-dmirijiet.

Studenti bħal Zack, iħossu li għandhom jagħmlu xi ħaġa aktar biex ikunu vuċi għal sħabhom billi jikkontestaw biex jirrappreżenthom fil-Kunsill tal-Istudenti.

“Ħriġt għal din il-kariga għax nemmen li hemm xi tfal li jibżgħu u jiddejqu minħabba l-bullying u l-inkejja, u jien, jekk jgħiduli, nista’ ngħaddi l-kumment jew lis-surmast jew lill-prinċipal,” fisser Zack.

Il-ktieb tnieda mill-Ministru għad-Drittijiet tat-tfal, Michael Falzon u l-Kummissarju tat-Tfal, Pauline Miceli, li ħeġġet lill-istudenti biex jagħmlu l-almu tagħhom sabiex igawdu d-drittijiet tagħhom bis-sħiħ.

‘Il fuq minn sebgħin skola b’diversi attivitajiet se jiċċelebraw il-Jum Dinji tat-Tfal, li twaqqaf min-Nazzjonijiet Magħquda biex jippromwovi id-drittijiet tat-tfal u l-ħarsien tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

L-ex direttur sportiv tal-klabb tal-futbol Taljan ta’ Juventus Luciano Moggi huwa eleġibbli li jivvota fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali li se ssir Malta. Moggi li għal dawn l-aħħar snin kien qed iżur…

Ambjent

Kruċjali għall-ħajja ta’ kulħadd…u għal Malta hu riżorsa prezzjuż daqs id-deheb! Hawnhekk qed nirreferu għall-ilma. Hu stmat li kull persuna f’Malta tuża mal-110 litri ta’ ilma kuljum. Il-pubbliku jista’ jitgħallem…

Pulizija

Sal-aħħar tas-sena d-dieħla, il-Korp tal-Pulizija għandu jkollu strateġija ta’ trasformazzjoni. F’intervista estensiva mal-Kap Eżekuttiv tal-Pulizija li tixxandar fil-programm DISSETT wara dan il-bulettin, is-Sur Gafa’ qal li d-direzzjoni tat-tiġdid ser isir…

Politika

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, akkuża lill-Partit Nazzjonalista li ma ppreżentax biżżejjed kandidati għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fi 23 lokalità f’Malta u f’Għawdex bl-għan li jiskoraġixxxi lin-nies milli…

Aktar