COVID-19
Ktieb għat-tfal bi storja mnebbħa mill-coronavirus

Waqt li t-tfal jinsabu d-dar bla mistenni minħabba l-imxija tal-Covid-19, l-awtur Ġorġ Mallia qed joffrilhom ktieb ġdid f’verzjoni elettronika u b’xejn. Il-ktieb huwa mnebbaħ mis-sitwazzjoni preżenti u jirrakkonta l-istorja fantastika li qed jgħaddu minnha żewġt itfal waqt li l-oħrajn kollha jinsabu maqfulin fi djarhom.

Hija l-istorja ta’ tifel u tifla – Melanie u Karl – it-tnejn Maltin li jinsabu magħluqin id-dar minħabba l-coronavirus. Jintefgħu jaqraw u jidħlu fil-ktieb fejn isibu dinja alternattiva li nqerdet minħabba r-rgħiba tan-nies. U fiha jsibu metodu kif isalvaw dik id-dinja u d-dinja reali.

Mill-pinna tal-awtur Ġorġ Mallia, “L-Avventura Msaħħra ta’ Melanie u Karl” – appuntu – ktieb li l-awtur innifsu jiddeskrivi bħala r-rigal tiegħu lit-tfal Maltin u Għawdxin li bħalissa jinsabu maqfulin ġewwa minħabba l-imxija.

“Irrealizzajt li ma jeżistux kotba li jitkellmu dwar dak li għaddejjin minnu t-tfal u allura ħloqt din l-avventura fantastika ssettjata bħalissa. Meta t-tfal ma jistgħux joħorġu mid-dar jiltaqgħu mal-ħbieb imma l-qari jista’ jiftħilhom tieqa fuq dinja fantastika u u jistgħu jimirħu fil-ħolm kollu tagħha.”

Il-ktieb ħadmu f’ġimgħa, forsi ftit aktar.

“Ipproduċejtu, għalaqtu, pinġejtu jien ukoll. Illum tellajtu fuq is-sit tiegħi bħala pdf u min irid jista’ jniżżlu u jaqrah. Qiegħed tipa kbira jiġifieri jista’ jinqara faċilment minn fuq laptop, tablet, smartphone.”

Il-ktieb jista’ jitniżżel mis-sit elettroniku www.gorgmallia.com

Aħbarijiet Oħra
Sbuħija

Il-parrukkiera u l-barbiera jistgħu jerġgħu jibdew iqaxxru jew jagħtu stil id-daqna tal-irġiel, sakemm l-appuntament ma jdumx aktar minn kwarta. F’aġġornament tal-obbligi u l-linji gwida għall-parrukkiera u l-barbiera, ippubblikati lbieraħ mill-Ministeru…

COVID-19

L-ammont ta’ infezzjonijiet ġodda tal-Covid-19 qed jiżdiedu b’rata mgħaġġla fl-Indja, fil-Pakistan u fil-Bangladesh, li bejniethom jagħmlu aktar minn 20% tal-popolazzjoni fid-dinja. Iż-żieda fl-infezzjonijiet qed iseħħ wara li t-tliet pajjiżi llaxkaw…

Immigrazzjoni

L-ambaxxatur Ġermaniż għall-Unjoni Ewropea qal li l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-immigrazzjoni u l-persuni li qed ifittxu l-ażil, trid tinkludi r-relokazzjoni tar-refuġjati fil-pajjiżi kollha tal-UE biex is-sistema taħdem. Michael Clausse qal…

Aktar