Kronaka
Ġerrej midrub gravi wara li waqa’ minn fuq serkin fil-korsa l-antika tal-Marsa

Illum, għal xi l-ħamsa neqsin kwart ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa li aktar kmieni, għal xi s-sagħtejn ta’ waranofsinhar iddaħħal raġel l-Isptar Mater Dei wara li sofra xi ġrieħi.

Mill-investigazzjonijiet li saru mill-Pulizija ta’ Ħal Qormi rriżulta li r-raġel, li għandu 38 sena u residenti Ħal Qormi, weġġa’ għax waqa’ minn fuq is-serkin waqt tiġrija fil-Korsa l-Antika tal-Marsa.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.