Kurżitajiet
Kul kemm tiflaħ faqqiegħ biex ma titlifx il-memorja

Jekk tiekol il-faqqiegħ darbtejn fil-ġimgħa tkun qed tipprevjeni milli titlef il-memorja jew iġġarrab problemi fit-taħdit wara li tagħlaq is-60.

Dan ħareġ minn riċerka li saret f’Singapore li turi li l-antiossidant uniku li fih il-faqqiegħ jista’ jipproteġi l-moħħ.  Iktar ma kielu faqqiegħ in-nies li ħadu sehem fl-istudju iktar marru tajjeb fit-testijiet li sarulhom.

Ir-riċerkaturi iżda qed jgħidu li mhux possibbli li jsibu rabta diretta bejn il-faqqiegħ u l-funzjoni tal-moħħ.  L-istudju li sar mill-Università Nazzjonali ta’ Singapore ħadu sehem 663 persuna adulta miċ-Ċina li għandhom iktar minn 60 sena.

L-istudju dam sejjer 6 snin, bejn l-2011 u l-2017, u żamm kont tad-dieta u l-istil tal-ħajja tal-parteċipanti.  Ir-riċerkaturi sabu li min kiel il-faqqiegħ naqqas iċ-ċans li jitlef il-memorja, iżda l-kundizzjoni ma titqiesx bħala dimensja.

L-istudju dwar jekk hemmx rabta bejn il-faqqiegħ u l-memorja ġie ppubblikat fir-rivista medika Alzheimer’s Disease.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Waqt li llum l-aħħar jum tal-kampanja elettorali f’Malta, fir-Renju Unit u l-Olanda l-votanti qed jivvutaw fl-ewwel jum minn erbat li matulhom se jsiru l-elezzjonijiet fi 28 pajjiż-membru biex jiġu eletti…

Annimali

F’Richmond l-Istati Uniti, mara ħalliet fit-testment tagħha li meta tmut il-kelba tagħha trid tindifen magħha. Il-każ tal-kelba Shih Tzu Emma qajjem polemika kbira tant li l-għaqdiet favur il-ħarsien tal-annimali ppruvaw…

Barranin

Il-Prim Ministru Indjan Narendra Modi għamel rebħa impressjonanti fl-elezzjoni ġenerali fl-Indja b’iktar minn 340 siġġu mirbuħ f’Parlament ta’ 543 siġġu. Il-Partit tal-Kungress immexxi minn Rahul Ghandi kiseb biss 87 siġġu….

Barranin

Fl-Italja, sindki ta’ bliet fantażma ħarġu bil-kunċett li jħajru barranin jixtru propjetà biex jerġgħu jagħtu l-ħajja lil-lokalità. Fi Franza, is-Sindku ta’ Montereau Jean Debouzy deċċieda li minħabba l-kriżi ta’ nuqqas…

Aktar