Kul ma’ Dybala b’risq il-Community Chest Fund

L-attakant ta’ Juventus Paolo Dybala se jżur Malta lejn tmiem ta’ dan ix-xahar.

Iċ-Chairman tal-Bord tal-Amministraturi tal-Malta Community Chest Fund John Camilleri qal li l-plejer Arġentin li għandu 22 sena se jkun qed iżur djar tat-tfal filwaqt li l-pubbliku se jkollu l-opportunità li jiekol miegħu f’attivita organizzata fil-Palazz tal-Verdala nhar is-Sibt 25 ta’ Ġunju.

Żied jgħid li waqt din l-ikla, dawk li jattendu se jkun qed jingħataw tifkira tal-okkazzjoni u jieħdu ritratti fi gruppi ma’ Dybala. Il-flus minn din l-ikla se jmorru għall-Malta Community Chest Fund.

Paolo Dybala se jkun il-mistieden tal-President ta’ Malta u se joqgħod fil-Palazz ta’ San Anton.