“Kulħadd għandu dritt li jgħix ħajja diċenti u li jkollu saqaf fuq rasu” – Adrian Delia, jirreaġixxi l-PL

Waqt żjara fix-xelter tal-YMCA li għandu mat-30 resident, il-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li r-realtà tal-faqar f’Malta, qiegħda tiżdied minkejja t-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż.

Dr Delia qal li l-Gvern għandu jagħmel l-almu tiegħu biex jassigura li l-madwar s-70,000 ruħ li qegħdin fix-xifer tal-faqar ma jintesewx. Qal li l-Partit Nazzjonalista huwa kommess li jneħħi l-faqar billi jassigura li l-ġid jinqasam bejn kulħadd, kif ukoll joħloq xibka ta’ għajnuniet li jgħinu lil individwi iqumu fuq saqajhom.

Waqt li ltaqa’ mar-residenti, Dr Delia qal li f’xelters bħal tal-YMCA wieħed jara b’għajnejh ir-realtà tal-faqar f’Malta. Huwa qal li l-kirjiet għoljin li qegħdin iwasslu biex aktar nies jispiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom, konsegwenza tal-politika tal-Gvern li jimporta madwar 15,000 ħaddiem fis-sena, biex isostni t-tkabbir ekonomiku. Huwa qal li l-liġi li qiegħed jiproponi l-Gvern mhux ser issolvi l-problema ta’ kirjiet għoljin.

B’reazzjoni, il-Partit Laburista qal fi stqarrija li jekk Dr Delia tassew jemmen li kulħadd għandu jkollu saqaf fuq rasu, għandu jieqaf jitkellem mod meta jkun mal-NGOs u mod ieħor meta ma jkunx magħhom. Żied jgħid li l-Kap Nazzjonalista għandu fuq kollox jappoġġja l-protezzjoni bażika li tagħti l-liġi tal-kera proposta mill-Gvern u mhux joħroġ kontriha. Il-Partit Laburista qal li mhux ta’ b’xejn li għaqdiet fil-qasam soċjali qalu li huma perplessi bl-attitudni tiegħu għax jitkellem skont quddiem min ikun.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Miet jagħmel l-aktar ħaġa għal qalbu . . . jaħdem il-karrijiet tal-Karnival. Jean Paul Bonett, magħruf bħala ċ-Chippy, se jagħlaq sitt xhur mindu ħa xokk f’maħżen tal-Karnival li ħallieh tal-post….

Negozju

It-tarzna ta’ Bormla ser ikollha sidien ġodda hekk kif il-kumpanija Palumbo lesta li tbiegħ nofs l-ishma tagħha lil kumpanija MSC Cruises. Il-proċess għal dan it-trasferiment tal-ishma diġà beda tant li…

Parlament

L-ex Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, ippreżenta l-ittra ta’ riżenja minn Deputat Parlamentari lill-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia. Fl-aħħar diskors tiegħu fil-Parlament, Dr Busuttil qal li l-Qrati fallew milli…

Aktar