COVID-19
Kif irid iridu jibdew jaħdmu l-impjegati fl-uffiċini?

Iż-żamma tad-distanza soċjali, l-iġjene u l-ilbies tal-maskri huma l-miżuri ewlenin ta’ prekawzjoni mħabbra mill-awtoritajiet tas-saħħa li jridu jkomplu jiġu segwiti anke meta nhar il-Ġimgħa jispiċċaw bosta restrizzjonijiet.

Il-Ministeru tas-Saħħa qal li jrid ikun hemm spazju ta’ erba metri kwadri għall kull persuna f’uffiċini, teatri u mużewijiet, filwaqt li fiċ-childcare centres ser jitnaqqsu n-numru ta’ tfal f’kull ċentru.

Fost il-listi ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni ppublikati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa li ser jidħlu fis-seħħ min-nhar il-Ġimgħa, hemm linji gwidi dettaljati dwar il-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu fil-postijet tax-xogħol, fosthom fl-uffiċini.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika il-Professur Charmaine Gauci qalet li huwa mportanti li ma jkunx hemm ħafna nies fl-istess kamra. Għaldaqstant id-distanza soċjali ta’ żewġ metri bejn persuna u oħra trid tiġi osservata f’kull ħin.

Skont il-lista ta’ kundizzjonijiet obbligatorji, kull skrivanija jrid ikollha spazju ta’ erba’ metri kwadri madwarha, u żewġ metri bogħod minn persuna għal oħra. Fejn dan ma jkunx possibbli, l-Ministeru tas-Saħħa qal li għandhom jitwaħħlu perspex bejn skrivanija u oħra jew jintlibsu l-maskri jew il-visors tul il-ġurnata.

Kull ħaddiem għandu jkollu skrivanija għalih u l-istess skrivanija ma tistax tintuza min ħaddiem ieħor. Dwar it-telework, il-Ministeru tas-Saħħa qal li dan għandu jitkompla u fejn huwa possibli jiġi nkoraġġit biex jitnaqqas il-kuntatt fiżiku.

Fiċ-ċinema u t-teatri, tgħodd ukoll ir-regola ta’ 4 metri kwadri għal kull persuna u l-maskri għandhom jintlibsu l-ħin kollu. Mad-dħul irid ikun hemm il-perspex stallati fejn issir komunikazzjoni mal-impjegati tal-istabbiliment. F’każ ta’ ħtieġa li jsir contact tracing, ser ikunu qegħdin jinżammu għal madwar xahar id-dettalji ta’ kull persuna li tidħol fiċ-ċinema.

Fil-mużewijiet, minbarra l-miżuri tat-teħid tat-temperatura u l-ilbies tal-maskra jew il-visor, kull persuna trid iżomm distanza ta’ żewġ metri minn persuna oħra.

Fil-pixxini, fost oħrajn l-ilma jrid jiġi disinfettat bil-klorin u c-changing rooms jiġu diżinfettati mill-anqas kull siegħa.

Ara wkoll:

ARA: X’inhuma l-kundizzjonijiet u linji gwida ta’ mitigazzjoni għall-ħwienet tat-tpinġija, pixxini u ċinema fost oħrajn?

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li…

Infrastruttura

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf. Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar…

Lokali

Mil-lejla bdew jiġu organizzati l-pellegrinaġġi fl-okkażjoni tal-festi tal-ibliet u l-irħula li se jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru meta tiġi ċċelebrata l-Kunċizzjoni f’Bormla. Illejla, tliet lokalitajiet qed jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi: Ħal…

Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Aktar