Televiżjoni u Radju
Kulħadd minn daru – ‘Sibtek’ illum b’għadd ta’ kollegamenti

Frott iċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom, illum Ryan u Josmar ser ixandru ‘Sibtek’ b’mod differenti, bil-għan li jwasslu l-messaġġ li l-poplu, sakemm ngħaddu minn dan il-perjodu, għandu jibqa’ d-dar kemm jista’ jkun.

Permezz ta’ diversi kollegamenti, għadd ta’ personalitajiet Maltin u Għawdxin ser jaqsmu mat-telespettaturi ta’ Television Malta l-ħsibijiet tagħhom b’rabta mal-Covid-19, filwaqt li ser jgħidu fuq fuq kif qed iqattgħu l-ħin tagħhom id-dar ġaladarba kulħadd jinsab ġewwa.

Fost il-personalitajiet li ser jgħidu tagħhom, Ben Camille, Claudia Faniello, Petra, Ludwig Galea, Frida Cauchi, Jes Sciberras, Amber, Glen Vella, Aaron Fenech, Maronia, Lawrence Grey, u Tiziana Calleja.

‘Sibtek’, illum, fis-12.45 fuq Television Malta.

#pleasestaysafe #watchsibtek #sibtek

Gepostet von Sibtek am Montag, 30. März 2020

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Raġel ta’ 68 sena huwa d-disa’ vittma tal-Coronavirus f’Malta dan wara li aktar kmieni llum tħabbret il-mewt ta’ raġel ieħor ta’ 56 sena, li miet bl-istess virus. Ir-raġel ta’ 68…

COVID-19

Raġel ta’ 56 sena huwa t-tmien vittma tal-Covid-19 f’Malta. Huwa miet il-lejl li għadda fl-Isptar Mater Dei. Waqt li tat rendikont tas-sitwazzjoni, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci tat il-kondoljanzi…

Aktar