Kultura
Kulħadd tkellem dwaru iżda ħadd ma kien rah… qabel illum

Kien dramm li dwaru tmien snin ilu ntqalu ħafna affarijiet, mingħajr ma’ l-pubbliku Malti kellu ċans jarah pubblikament għax ġie ċensurat. Wara l-verdett tal-Qorti Ewropea, li qaleb għall-kollox id-deċiżjoni tal-qrati Maltin li jipprojbixxu d-dramm, Stitching se jagħmel id-debutt pubbliku tiegħu fi tmiem il-ġimgħa.

Il-produzzjoni se tintwera pubblikament għall-ewwel darba fl-istudio theatre tat-Teatru Manoel wara li fost oħrajn intemmet iċ-ċensura tax-xogħlijiet artistiċi.

Id-dramm tal-awtur Anthony Nielsing titratta temi sensittivi li jitfaċċaw f’relazzjoni intima. Id-dramm fl-2009 kien meqjus mil-bord taċ-ċensura bħala vulgari u kien inżamm milli jsir għall-pubbliku Malti.

Id-deċiżjoni kienet konfermata mill-qrati Maltin. Kienet qamet kontroversja bil-produtturi tad-dramm jinsistu li ċ-ċensura kienet ibbażata fuq argumenti li ma kinux jirriflettu l-ispirtu artistiku tal-produzzjoni.

Id-deċiżjoni taċ-ċensura nqalbet mil-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem li qablet mal-kumpanija Unifaun Theatre Productions li l-kontenut tad-dramm kellu jkun interpretat f’kuntest ta’ espressjoni kreattiva.

Għad-direttur Chris Gatt u l-producer Adrian Buckle, id-deċiżjoni mhix vittorja, imma laqagħha għax toffri ċans lill-udjenzi Maltin biex ikunu huma stess li jiddeċiedu u jagħtu l-verdett tagħhom dwar id-dramm. U dan, isostni id-direttur, huwa l-iskop aħħari ta’ kwalunkwe arti.

“Meta għandek iċ-ċensura għandek tlieta, erba’ min-nies li jiddeċiedu a priori minn qabel minn jista’ jaraha u min jista’ jiddiskutiha u min ma jistax. Din hija differenti minn meta tgħid li din jistgħu jarawha l-kbar biss, hemmhekk qed tgħid isma din hija produzzjoni għall-adulti u hemm il-maturità u dik il-maturità hemm ukoll responsabbiltà għax għandek il-moħħ li tista’ tiddeċiedi għalik innifsek,” spjega Chris Gatt.

Id-dramm fih madwar disgħin minuta u l-kast jikkonsisti biss f’żewġ atturi, Pia Żammit u Mike Basmadijan li jinterpretaw l-agunija tal-koppja.

Aħbarijiet Oħra
Toroq

It-tliet proġetti, li jinkludu t-tieni fażi tal-Marsa Junction Project fl-intersection taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, it-twessigħ tal-Marsa-Ħamrun bypass u l-bini mill-ġdid ta’ partijiet minn Triq Diċembru 13 u l-parti ta’ fuq ta’ Triq Aldo Moro, qed jitlestew…

Kultura

Grupp ta’ 40 żgħażagħ u tfal mill-parroċċa tal-Madonna tas-Sacro Cuor f’Tas-Sliema s-Sibt se jtellgħu dramm għall-okkażjoni tal-festi taċ-ċentinarju ta’ din il-parroċċa. Dan id-dramm jirrakkonta l-istorja ta’ din il-parroċċa. Ġrajjiet imġedda…

Ġurnali

L-Orizzont Fl-ewwel paġna tal-Orizzont insibu ritratt b’rabta mal-54 anniversarju ta’ Malta Indipendenti. Insibu wkoll rapport dwar il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J Scicluna waqt il-quddiesa tal-Indipendenza fejn appella għal iktar solidarjetà f’pajjiżna…

Aktar