Lokali
Kuljum titlob li tasal il-ġurnata li tibda tgħix ħajja normali

Mara ta’ 39 sena li ilha marida bil-kliewi mindu kellha 17-il sena qalet li kuljum titlob forsi tasal dik il-ġurnata meta ma tibqax tmur l-isptar għad-dijaliżi u tibda tgħix ħajja normali. Ingrid Vella għamlet appell biex iktar nies jinkitbu għad-donazzjonijiet tal-organi biex nies bħalha jkollhom iċ-ċans li jgħixu ħajja ġdida.

Hekk kif bdiet tistudja biex tidħol taħdem il-bank, Ingrid Vella bdiet issofri minn deni u pressjoni għolja. Għall-ewwel ħasbu li kienet problema tal-iżvilupp, iżda fil-verità, Ingrid, spiċċat bil-kliewi ma jaħdmux u ta ‘ 17-il sena kienet l-iżgħar pazjenta tar-Renal Unit fl-Isptar San Luqa.

Ingrid hija tewmija u għandha erba’ aħwa. Qaltilna li għaliha hija għafsa ta’ qalb li tara lil ħutha għaddejjin bl-avvanzi f’ħajjithom, waqt li ħajjitha kellha tieqaf minħabba l-marda tagħha.

Minħabba l-kundizzjoni tagħha, ikollha tmur tliet darbiet fil-ġimgħa għad-dijaliżi fir-Renal Unit ta’ Mater Dei u kellha tieqaf taħdem.

“Nixtieq ma nibqax nersaq iktar lejn l-isptar, nagħmel almenu ftit snin absent minn hemm ġew, ma nismax iktar mard.. ma nismax iktar nies, ma narax nies, jew nies li jkunu mietu.”

Meta kellha 20 sena, Ingrid ingħatat kilwa li għexet biha għal 12-il sena, u li matulhom iżżewġet lil raġel li tant iħobbha u jgħinha. Wara 12-il sena, din il-kilwa waqfet taħdem u reġgħet lura għal fuq il-magni. Ingrid appellat biex iktar nies jinkitbu biex jagħtu l-organi wara mewthom.

“Nixtieq almenu jkun hemm iktar nies li jinkitbu għall-organ donations, forsi jkun hemm iktar opportunità li jgħajtuli u jmiss anki lili.”

Is-sajf huwa kiefer għal pazjenti bħal Ingrid minħabba li lanqas tista’ tiekol frott u ħaxix minħabba l-potassju li jagħmlilhom il-ħsara. S’issa diġa’ hemm aktar minn elf persuna li rreġistraw bħala donaturi tal-organi permezz tas-sit www.organdonation.gov.mt.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Għada jitfakkar il-jum iddedikat lill-persuni li għandhom il-problema tat-temtim. Statistika internazzjonali turi li persuna minn kull mija għandha din il-kundizzjoni, li ħafna drabi tikkawża imbarazzament għal min ibati biha u…

Lokali

Huma mijiet il-Maltin bejn saċerdoti, reliġjużi, żgħażagħ, adulti u anke anzjani li jgħixu u jaħdmu fl-artijiet tal-missjoni; min għal perjodu qasir ta’ żmien u oħrajn fit-tul tant li jiddedikaw ħajjithom…

Lokali

Sadanittant l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia issa jinsabu konċentrati kollha fil-kwartieri ġenerali tal-korp fil-Furjana. Television Malta jinsab infurmat li l-pulizija kompliet titkellem ma’ nies li jistgħu jagħtuha…

Lokali

Il-kumpanija Valletta Cruise Port qed tkompli tinvesti fil-faċilitajiet tagħha fil-Port il-Kbir. Bil-kumpaniji tal-cruise-liners qed ikomplu jordnaw vapuri kbar, il-Valletta Cruise Port qed tippjana t-twessigħ ta’ wieħed mill-mollijiet. Għandha wkoll applikazzjoni…

Aktar