Politika
“Kull min hu mimsus minn dawn il-ġrajjiet tal-waħx, għandu jwarrab minnufih” – Marie Louise Coleiro Preca

Il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca kitbet appell biex il-poplu Malti jingħaqad. Fuq Facebook Coleiro Preca kitbet li mill-istorja tal-pajjiż il-poplu dejjem waqaf għall-valuri tal-onestà, il-ġenwinità, l-altruwiżmu, il-bżulija, l-għaqal u l-intergrità. Qalet li b’dak li qed iseħħ insterqitilna din l-identità. Hija qalet li l-poplu kapaċi jerġa’ jikseb il-fiduċja lura jekk f’dan il-mument kritiku jaġixxi fl-aħjar interess tal-pajjiż.

Sostniet li kull min hu mimsus, minn dawn il-ġrajjiet, li deskriviethom bħala tal-waħx, għandu jwarrab minnufih sabiex terġa’ ssaltan is-serenità u jibda x-xogħol li hemm bżonn isir biex terġa’ tinkiserb ir-reputazzjoni tajba li kellha Malta.

“Ma nistgħux inħallu din is-sitwazzjoni perikoluża tkaxkar aktar, lanqas għal ġurnata waħda oħra biss. Dan huwa żmien fejn il-politiċi jridu jħallu l-interess personali fil-ġenb, u nibdew proċess ta’ fejqan immedjatament, taħt it-tmexxija ta’ persuna li għandha l-kredenzjali li toħroġ lil pajjiżna minn din il-kriżi” qalet Marie Louise Coleiro Preca.

Sostniet li Malta għandha politiċi onesti u integri u “huma biss il-ftit li huma l-paljazza tar-razza”.

Temmet tgħid li għalhekk fil-mument prekarju li qed ngħixu fih, irridu nduru fuq l-għerf li jista’ jagħtihulna l-ħsieb kritiku biex nagħżlu l-aħjar b’risq Malta, u l-preżent u l-futur ta’ wliedna.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru tal-Intern, Byron Camilleri qal li 10 suldati Maltin li jinsabu stazzjonati l-Libanu jinsabu tajbin. Dan qalu lbieraħ il-Ministru wara l-isplużjoni li seħħet f’Beirut li ħalliet mijiet midruba u għexieren…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal fi stqarrija li waqt laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista li saret it-Tlieta filgħaxija, talab biex jitħaddem bl-iktar mod rigoruż l-istatut il-ġdid tal-Partit għall-elezzjoni tal-Kap…

Kultura

Sal-lum ma kienx faċli li wieħed jikseb informazzjoni dwar l-antenati tiegħu li jmorru lura qabel l-1863 meta bdew jiġu rreġistrati kull twelid, żwieġ u mewt f’Malta u Għawdex. Ħafna minn…

Aktar